​Liverpool iridu lil Virgil van Dijk

Liverpool qed jirrifjutaw li jiġu megħluba fit-tentattiv tagħhom li jakkwistaw lil Virgil van Dijk u se jkunu qed ifittxu li jikkonkludu dan it-trasferiment qabel tmiem it-tieqa tat-trasferimenti li jmiss.
Southampton kienu għamluha ċara li ma kinux se jkunu qed iċedu lil dan id-difensur, fejn insistew li huwa kien se jibqa' fis-St Mary's.
Iżda wara interess kbir mir-Reds, Southampton issa xeħtu ħarsithom fuq il-player ta' Lazio Wesley Hoedt bħala sostitut possibli għal Van Dijk.
Għal aktar aħbarijiet mix-xena tal-isports, agħfas hawnhekk.