Liverpool ikomplu jżidu d-distakk

Liverpool komplew jersqu viċin ir-rebħ tat-titlu tal-Premier League wara li lagħbu logħba ta’ klassi kontra Leicester City. Leicester qed isusu wara Liverpool, iżda issa d-distakk kompla żdied. Liverpool qegħdin 13-il punt ‘l fuq minn Leicester.

Il-logħba ntlagħbet f’King Power Stadium.

L-ewwel taqsima għalqet b’gowl wieħed biss favur Liverpool grazzi għal Roberto Firmino. Sal-ewwel taqsima r-riżultat ma kienx jirrifletti s-superjorità ta’ Liverpool fuq it-tim oppost. L-istorja nbidlet fit-tieni taqsima meta Liverpool sabu l-last tliet darbiet oħra.

Il-leaders s’issa tilfu biss żewġ punti mill-ewwel 18-il logħba li lagħbu, u  tilfu biss logħba fl-istaġun li għadda.

Riżultati oħra:

Tottenham Hotspur 2-1 Brighton & Hove Albion

AFC Bournemouth 1-1 Arsenal

Aston Villa 1-0 Norwich City

Chelsea 0-2 Southampton

Crystal Palace 2-1 West Ham United

Everton 1-0 Burnley

Sheffield United 1-1 Watford

Manchester United 4-1 Newcastle United