Liverpool ikomplu jsaħħu posthom fil-quċċata

Liverpool bdew bit-tajjeb wara li fis-sitt minuta Fabinho sab il-lasta minn xutt minn barra l-kaxxa l-kbira. Ftit sekondi qabel fuq in-naħa l-oħra tal-grawnd kien hemm hand’s ball dubbjuż, iżda r-referee għamel is-sinjal biex jitkompla l-logħob.

Fit-13-il minuta kien Salah li b’daqqa ta’ ras għamel l-iskor 2-0. City kellhom il-mumenti tagħhom iżda naqsu milli jsibu l-lasta fl-ewwel taqsima.

Sitt minuti mill-bidu tat-tieni taqsima kien Mane li għamel l-iskor 3-0 għal Liverpool. B’hekk it-tela’ kompliet titqal għal City. 12-il minuta bogħod City, permezz ta’ Silva skurjaw l-ewwel gowl tagħhom. B’hekk reġgħu kebbsu t-tama biex tal-inqas iġibu d-draw. Għalkemm City tellgħu l-ballun numru ta’ drabi, il-ħin ma kienx suffiċenti biex tal-inqas jiksbu punt minn logħba missielta.

Grazzi għal din ir-rebħa, Liverpool saħħew posthom fuq quddiem bi tmien punti ‘l fuq minn Leicester City u Chelsea. Għall kuntrarju City niżlu fir-raba’ post.

Riżultati oħra:

Manchester United 3-1 Brighton & Hove Albion

Wolverhampton Wanderers 2-1 Aston villa