Liverpool ikomplu bil-progress għar-rebħ tat-titlu

Il-progress ta’ Liverpool biex jirbħu t-titlu wara 30 sena kompla għaddej wara li rnexxielhom jirbħu lil Manchester United ġewwa Anfield. Permezz ta’ din ir-rebħa komplew kabbru d-distakk fuq quddiem tal-klassifika. Liverpool qegħdin 16-il punt ‘l quddiem minn Manchester City li qegħdin fit-tieni post.

It-tim ta’ Jurgen Klopp kienu superjuri iżda kellhom jikkumbattu mall-pressjoni li tefgħu United lejn l-aħħar tal-logħba. Liverpool iddifendew il-gowl li għamel Virgil van Dijk fl-ewwel kwarta tal-logħba, biex umbagħad għalqu l-logħba fil-ħin barrani grazzi għall-ballun mingħand Alisson li poġġa lil Mohamed Salah waħdu.

Il-partitarji ma żammewx lura milli juru l-emozzjonijiet tagħhom. It-tama li jirbħu t-titlu qed ikompli jikber.

S’issa Liverpool rebħu 21 logħba minn 22. Aktar kmieni fl-istaġun, kienu propju United li rnexxielhom jiksbu punt mingħand Liverpool, iżda din id-darba ma rnexxilhomx.

Liverpool se jkunu qed imorru għand Wolves nhar il-Ħamis li ġew u Manchester se jilqgħu f’darhom lil Burnley nhar l-Erbgħa.

Riżultati oħra:

Burnley 2-1 Leicester City