Liverpool f’tentattiv ieħor għal Virgil Van Dijk

Liverpool se jippruvaw joffru £60 miljun sabiex jixtru lid-difensur ċentrali ta’ SouthamptonVirgil Van Dijk.
Dan tal-aħħar jixtieq jiċċaqlaq minn mas-Saints u għalhekk il-klabb immexxi minn Jurgen Klopp daħlu għalih b’ċertu interess.
Sadanittant Chelsea wkoll qed jitħajru jixtru lil dan l-Olandiż ta’ 26 sena għalkemm sorsi oħra qalu li Antonio Conte iktar jixtieq winger u fost l-oħrajn talab sabiex jiġi akkwistat Serge Aurier ta’ PSG.
Għal aktar aħbarijiet mix-xena tal-isport, agħfas hawnhekk.