Blogg LIVE: Żviluppi fil-Black Friday ta’ Joseph Muscat

Read in English.

Segwi Newsbook.com.mt biex iżżomm ruħek aġġornat dwar dak li qed jiġri fil-Belt Valletta.

Il-ġurnalisti ta’ Newsbook.com.mt qed jirrappurtaw minn quddiem il-Berġa ta’ Kastilja u mill-Qorti fost l-oħrajn.

19:00 Aktar filmati mill-protesta

Filmat: Beppe Galea

18:37 Il-protesta għadha għaddejja

Filmat: Nicole Borg

18:23 Filmati LIVE mill-protesta fi Pjazza Kastilja

LIVE: Mill-protesta l-Belt

Posted by Newsbook.com.mt on Friday, November 29, 2019

17:00: Jibdew jibġabru dimostranti fi Pjazza Kastilja.

16:40: Jaslu fuq il-post numru ta’ membri tal-Forzi Armati ta’ Malta. Dawn daħlu fil-Berġa ta’ Kastilja.

16:00: Jinfetaħ il-bieb tal-Berġa ta’ Kastilja u joħroġ suldat jittawwal barra.

15:04: Il-Pulizija jmexxu l-barriers viċin il-bankina mad-dawra tal-Berġa ta’ Kastilja. Issa l-pjazz tibsab aċċessibbli għall-pubbliku.

14:56: Jinġabru għexieren ta’ pulizija fi Pjazza Kastilja

Newsbook.com.mt żvela li l-Prim Ministru ħabbar li se jirriżenja. Dan wara li Yorgen Fenech, li qed jiġi interrogat dwar l-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia, semma lil Joseph Muscat taħt ġurament. Newsbook.com.mt żvela wkoll li 14 minn 22 membru tal-Kabinett talbu lil Joseph Muscat biex jirriżenja f’laqgħa tal-kabinett li baqgħet sejra sat-3am.

Filmati, ritratti u ġurnalisti: Monique Agius, Nicole Borg, Beppe Galea, Christoph Schwaiger,