Filmat: Zuckerberg jixhed dwar il-privatezza fuq Facebook

Il-Kap Eżekuttiv ta’ Facebook, Mark Zuckerberg qed jixhed quddiem is-Senat tal-Kumitati tal-Kummerċ u Ġudizzjarji fl-Istati Uniti, dwar l-użu u l-protezzjoni ta' dawk li jużaw Facebook.
Dan il-mezz soċjali kien fil-mira tal-kritika fl-aħħar ġimgħat, wara li nstab li l-kumpanija Cambridge Analytica użat l-informazzjoni ta’ madwar 50 milljun utent ta’ Facebook sabiex tinfluwenza r-riżultat tal-elezzjoni presidenzjali fl-Istati Uniti.