Follow Up: X’taħseb fuq ir-rapport tal-Venice Commission?

Follow Up tal-Ġimgħa 5 t’April bi preżentazzjoni ta’ David Vassallo u Desmond Zammit Marmara’ se jiddiskutu r-rapport tal-Venice Commission dwar kif għandha tittejjeb il-governanza f’Malta. Il-Prim Ministru għandu wisq poter? Il-President għandu jingħata aktar poteri fl-isfond tal-proposta riforma kostituzzjonali? Kif l-aħjar li titħaddem is-sistema tas-separazzjoni tal-poter?

Mistiednin: Dr Robert Abela, Membru Parlamentari Laburista u Konsulent Legali tal-Prim Ministru, u Dr Roberta Metsola, Membru tal-Parlament Ewropew f’isem il-Partit Nazzjonalista.

Follow Up jixxandar mit-Tnejn sal-Ġimgħa fuq RTK 103FM u Newsbook.com.mt fil-5pm.