Newsline: X’jinkwieta lill-Arċisqof ta’ Tirana fir-reliġjożità tal-Maltin?

Il-programm Newsline fuq RTK 103FM tal-lum 21 ta’ Lulju, bi preżentazzjoni ta’ Fr Joe Borg, għal darb’oħra huwa mimli b’suġġetti differenti.

Il-programm jibda b’intervista li għamlet Sylvana Debono ma’ Martin Seychell, id-Deputat Direttur Ġenerali tas-Saħħa fl-UE, fejn se naraw il-kontribut li jagħtu l-Maltin fl-Unjoni Ewropea.

Insegwu wkoll intervista mal-Arċisqof Malti fl-Albanija Ġorġ Frendo fejn se jgħidilna x’jaħseb dwar ir-reliġjon u l-Knisja f’Malta, u dwar kif din qed tiżviluppa fl-Albanija.

Ħdimna wkoll fuq tribut qasir lejn iċ-ċeramista Malti ta’ fama internazzjonali Gabriel Caruana li ħalliena din il-ġimgħa. Sylvana Debono tkellmet ma’ persuna li tiġi minnu dwar kif bdiet il-passjoni lejn l-arti u l-kontribut li huwa ta lil Malta, b’mod speċjali lir-residenti ta’  Ħal Balzan.

Newsline jixxandar kull nhar ta’ Sibt fl-10am fuq RTK 103FM fl-iskeda tas-Sajf.