Follow Up: Xi tfisser it-tneħħija tal-mafkar ta’ Daphne?

Ma’ Dr Ing Alex Rizzo – nitkellmu dwat ix-xjenza u l-kreattività fl-ilma hekk kif fl-Istitut tax-Xjenza Applikata fl-MCAST għadha kemm saret il-konferenza “The Science and Creativity in Water”.
Leonid McKay, id-Direttur ta’ Caritas Malta, se jgħidilna aktar dwar il-każ tat-tifel ta' 14-il sena bi problema tad-droga li spiċċa l-ħabs wara li seraq rota u ż-żagħżugħ ta' 16-il sena li faqa' l-bieb tad-dar. Huma ta' sorpriża dawn il-każi għal Caritas?
Xi tfisser it-tneħħija tal-mafkar ta’ Daphne minn fuq il-monument tal-Assedju l-Kbir? Segwi intervista ma’ Philippa Gingell Littlejohn minn Sylvana Debono.
Is- Sindku ta’ Marsaxlokk Horace Gauci se jgħidilna għalfejn ir-residenti ta' Marsaxlokk qed joġġezzjonaw għal post fejn jiseewew id-dgħajjes.
Michael Piccinino, il-President tal-KNŻ se jikkumenta dwar il-fatt li issa ż-żagħżagħ ta' 16 u 17-il sena se jkunu jistgħu jivvutaw fl-elezzjoni ġenerali.
Fl-aħħar nett, nsewgu intervista ma’ Christine Xuereb Seidu, persuna li r-razzimu keċċiha minn Malta.