Follow Up: Xi prospetti għandhom kantanti żgħażagħ f’Malta?

Follow Up tal-Ġimgħa 18 ta’ Jannar 2019 bi preżentazzjoni ta’ Desmond Zammit Marmara’ se jiddiskuti xi prospetti għandhom kantanti żgħażagħ f’Malta. Tista’ taqla’ x’tiekol mill-kant biss? Għaliex ħafna Maltin iffissati fuq il-Eurovision Song Contest? Jiddiskuti ukoll l-każ ta’ Madeleine McCann – x’kien ġara eżatt meta ma nstabitx? Fejn wasal l-istħarriġ tal-pulizija u x’kienu l-aħħar żviluppi?

Mistieden: il-kantant Daniel Muscat Caruana. Kollegament telefoniku: il-ġurnalist Laurence Grech.