Follow Up: Xi jfissru ċ-ċifri dwar l-attendenza tal-Quddies?

Il-programm Follow Up fur RTK 103FM se jiddiskuti l-fatt li skont stħarriġ tal-MISCO kkummissjonat mill-Arċidjoċesi ta’ Malta, tnejn minn kull ħames Maltin jew 40% tal-poplu Malti jipparteċipaw fil-Quddiesa kull nhar ta’ Ħadd. Juri wkoll kif 92% tal-Maltin huma Kattoliċi u li minnhom 74% imorru l-quddies minn tal-inqas darba fix-xahar. Dan sinjal tajjeb jew ħażin? Fl-istudjo Micheal Pace Ross biex niddiskutu dan. 
Illum ħareġ ukoll rapport tal-Arċisqof Charles Scicluna dwar l-abbużi sesswali fiċ-Ċilì. 
Preżentazzjoni ta' Sylvana Debono