Follow Up: Xi jfisser għalik l-iskandlu ta’ Cambridge Analytica?

Il-programm Follow Up tat-Tlieta 10 t'April nitkellmu mal-Profs Joseph A. Cannataci, espert tal-IT, dwar jekk is-sistema tal-biljetti tal-Isle of MTV tirrispettax l-privatezza. Kif ukoll: X'inhuma l-implikazzjonijiet tal-iskandlu ta' Cambridge Analytica?
Il-blogger ta' Newsbook.com.mt Desmond Zammit Marmarà kiteb kif skont hu "waqa’ fix-xejn it-tim nazzjonali tal-futbol". X'ried jgħid bih dak il-kliem?
Andre Debattista, riċerkatur dwar aħbarijiet internazzjonali, jkellimna fuq ir-riżultati tal-elezzjoni fl-Ungerija. 
Aktar kmieni illum, il-ġurnalist ta' Newsbook.com.mt Christoph Schwiger attenda għal konferenza stampa dwar l-iSlapp. X'inhi l-pożizzjoni tal-Gvern u l-Oppożizzjoni?
Nitkellmu wkoll ma' Iona Gravina, Leader taż-ŻAK, f'Ħal Tarxien li attendiet kors fil-Fillandja dwar il-gruppi minuri fis-soċjetà.
Fl-aħħar nett, nisimgħu dwar iċ-Ċelebrazzjoni tal-Ħajja fis-Seminarju tal-Arċisqof f'Tal-Virtù.