Filmat: Fiex jikkonsistu r-riċerki notarili?

Wieħed mill-aktar avvenimenti importanti fil-ħajja tal-bniedem huwa meta jixtri d-dar tiegħu. Iżda f'dan iż-żminijiet eċitanti jirrikjedi wkoll ħafna xogħol, speċjalment f'dak li għandu x'jaqsam riċerka notarili.   X'inhu l-iskop li n-nutar jagħmel ir-riċerka? X'tiggwadanja persuna meta tagħmel dan? In-nutar Joe Tabone se jgħina nifhmu dan illum waqt il-programm Insellimlek ma' Sonia Young fuq RTK 103FM. 
Is-semmiegħa huma mistiedna jipparteċipaw fil-programm b'mistoqsijiet jew b'kummenti permezz tal-sms jew anke waqt il-live-streaming fuq il-paġna tal-Facebook.