Follow Up: X’qed jiġri fl-isptar? Kif qed jaffettwa lill-pazjenti?

Waqt il-programm Follow Up fuq RTK 103FM se nitkellmu ma' Dr Martin Balzan mill-Assoċjazzjoni Medika Maltija (MAM) dwar l-azzjonijiet industrijali mit-tobba. Se nitkellmu wkoll ma' Ivan Falzon, il-Kap Eżekutiv Mater Dei dwar jekk l-istrajk tat-tobba qiegħed jaffettwa lill-pazjenti. 
Imbagħad se nitkellmu wkoll dwar il-fatt li għalkemm waqfu l-azzjonijiet industrijali fl-FSWS, qed ikomplu l-azzjonijiet f'setturi oħra. X'inhuma l-iżviluppi? Kien hemm kummenti onlajn li l-professjoni tagħkom qed tiġi injorata, dan minnu? Twieġeb dan Roslynn Vella mill-Assoċjazzjoni Social Workers.