Newshour: X’kien għamel il-Pulizija li ttajjar u ġie mkaxkar metri kbar?

Tliet snin ilu, il-pulizija tat-traffiku Simon Schembri li jinsab gravi fl-isptar, kien ġie intervistat fuq RTK 103FM minn George Cassar. Dak iż-żmien Schembri kien wieħed mit-tliet pulizija li ferraq it-traffiku biex tiġi skortata mara li kienet waslet biex twelled. Nisimgħu parti mill-intervista. 
Il-General Workers Union din il-ġimgħa ħabbret numri ta' proposti bil-għan li l-Gvern jinkludihom fil-White Paper li qed iħejji dwar ir-riforma fis-suq tal-kera. Jiena tkellimt mas-Segretarju Generali tal-unjin Josef Bugeja.
Il-kollega Christoph Schwaiger tkellem mal-preżentatur tal-aħbarijiet u korrispondent tal-MSNBC Richard Lui li jinsab Malta, dwar l-isfidi tal-ġurnaliżmu. Fost l-oħrajn semma l-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia.
Preżentazzjoni ta' Matthew Borg