Filmat: X’intqal dwar il-Malti li kien il-ħolqa bejn ir-Russi u l-kampanja ta’ Trump?

llum smajna li isem il-Professur Joseph Mifsud, id-direttur tal-Akkademja tad-Diplomazija f’Londra, ġie identifikat f’dokument ta’ 20,000 paġna, bħala l-akkademiku li allegatament kien il-kuntatt bejn il-Gvern Russu u l-kampanja presidenzjali ta’ Donald Trump. X'inhuma l-implikazzjonijiet ta' dak li qed jiġi żvelat dwar x'ġara fil-kampanja li wasslet biex Donald Trump jiġi elett President tal-Istati Uniti? 
Segwi d-diskussjoni waqt Follow-Up fuq RTK 103FM hawn: