Filmat: X’inhuma l-implikazzjonijiet taċ-ċittadinanza b’investiment?

Il-programm Newsline tas-Sibt 27 ta' Jannar, se jitratta diversi temi kurrenti fosthom il-Forum Ekonomiku Dinji f'Davos mal-ekonomista JP Fabri.  
Mal-MEPs Francis Zammit Dimech u Alfred Sant niddiskutu korruzzjoni, r-rapport tal-Kumitat PANA li qed jinvestigaw fost l-oħrajn ir-rispett lejn il-liġi. 
Fit-tieni parti tal-programm imbagħad, niddiskutu il-programm taċ-ċittadinanza b'investiment mal-Membru Parlamentari Dr Godfrey Farrugia u ma' Daniel Darmanin, mill-Kummissjoni Ġustizzja u Paċi. 
Se niddiskutu wkoll il-ġurnaliżmu f'Malta u s-sentenza kontra t-tabib Amerikan li abbuża mill-atleti nisa. 

Il-programm Newsline jixxandar kull nhar ta' Sibt fuq RTK 103FM fl-10am