Follow Up: X’inhu jiġri eżatt fil-bejgħ tal-isptarijiet Maltin?

 

Il-programm Follow Up tal-Ġimgħa, 23  ta' Frar, ppreżentat minn Norman Vella u Desmond Zammit Maramarà jiddiskuti l-kontroversja politika marbuta mal-ftehim tal-public-private partnership għall-Isptarijiet Karin Grech, San  Luqa u l-Isptar Ġenerali ta' Għawdex.
Se jiddiskuti wkoll id-dokument li jfakkar il-Jum Dinji għall-Ġustizzja Soċjali maħruġ mill-Kummissjoni Ġustizzja u Paċi u l-Kummissjoni Emigranti tal-Arċidjoċesi ta’ Malta.
Mistiedna fl-istudio: Dr Anthony DeGiovanni u s-Sur Jean Pierre Debono.
Isir ukoll kollegament telefoniku ma' Fr Alfred Vella u l-Professur Andrew  Azzopardi.