Filmat: X’inhi l-Good Citizenship Dog Scheme?

Waqt il-programm Insellimlek fuq RTK 103FM, Sonia Young tiddiskuti ma' Donald Cutajar u Frank Borg mill-Malta Caninie Society dwar il-Good Citizenship Dog Scheme u jispjegaw lis-semmiegħa x’tinvolvi din l-iskema biex inrabbu klieb b’certa responsabbiltà. 
Il-Good Citizen Dog Scheme hija skema ta’ taħriġ għas-sidien ta’ klieb. Din qed tkun organizzata mill-NGO The Maltese National Canine Federation, taħt id-direzzjoni tal-Kennel Club tal-Ingilterra. Din l-iskema tippromwovi klieb soċjalment aktar aċċettabbli u li s-sidien jagħrfu r-responsabbilitajiet tagħhom fejn tidhol trobbija tal-klieb.
F’dan it-taħriġ l-emfasi hija fuq il-kapaċità li s-sid ikollu kontroll assolut fuq il-kelb tiegħu, biex b’hekk flimkien jgħixu f’armonija kemm ma' xulxin kif ukoll mas-soċjetà in ġenerali. Wara kollox, meta persuna tagħżel li trabbi kelb, qed tagħżel ukoll membru ġdid fil-familja. Dan it-taħriġ jista’ jagħmel id-differenza kollha għal ġid ta’ kulħadd. 
Is-sidien li jixtiequ jagħmlu dan it-taħriġ iridu isegwu kors li jwassal għal ċertifikazzjoni f’livelli differenti. Aktar tagħrif ikun jista' jinkiseb mingħand Donald Cutajar 7745 6675 jew mill-paġna ta' facebook https://www.facebook.com/DOG-Trainer-PRO-MALTA-954634757971966/
Informazzjoni oħra tista’ tinkiseb ukoll mill-MNCF fuq 21234916 jew mis-sit elettroniku: http://www.mncfederation.com/good-citizen-dog-scheme.html
Segwi l-programm hawn: