Follow Up: X’inhi d-differenza bejn pornografija u pedofelija?

Il-programm Follow Up tal-lum 21 ta' Frar fuq RTK 103FM, se jiddiskuti d-differenza bejn pornografija u pedofelija ma' Andrew Azzopardi, il-Kap tal-Kummissjoni tal-Knisja “Ejjew Għandi”. 
Qabel, nitkellmu ma' Dun Henry Balzan dwar l-aħbar li l-Arċisqof Charles J Scicluna iddaħħal l-isptar fiċ-Ċilì fejn qed isirlu intervent fil-marrara
Wara, Dorothy Gauci mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika se twieġeb il-mistoqsija: Kif qed tinbidel il-popolazzjoni Maltija? 
Niddiskutu wkoll l-aħbar li l-alkoħol ġie kkonfermat l-akbar fattur li jwassal għad-dimensja. X'jaħseb dwar dan il-Prof Charles Scerri, li huwa espert dwar id-dimensja? 
Fl-aħħar nett, ma' Dr Lino Schembri niddiskutu fuq Malta Kulinarja, kompetizzjoni bejn il-kokijiet Maltin minn għada fl-MFCC Ta' Qali.