Newshour: X’ġara dalgħodu fuq il-Gozo Channel?

Il-programm Newshour tat-Tlieta 8 ta' Mejju, jibda bil-fotografu ta' Newsbook.com.mt Ian Noel Pace jirrankonta dak li seħħ dalgħodu fuq il-Gozo Channel, hekk kif għexieren ta' nies tħallew l-art wara theddida ta' bomba.
Insegwu wkoll intervista ma' Dr Joe Borg li fis-snin li għaddew serva bħala Kummissarju Ewropew u Ministru tal-Affarijiet Barranin, naraw jekk qablilniex li 14-il sena ilu dħalna fl-UE.
Mal-Psikologu Dr Nicholas Briffa nitkellmu dwar l-effetti tal-vjolenza domestika fuq in-nisa u fuq l-irġiel. 
Preżentazzjoni ta' Nicole Borg.