Follow Up: X’effett se tħalli d-deċiżjoni li ma jkunx hemm eżamijiet f’nofs is-sena?

Illum waqt il-programm Follow Up fuq RTK 103FM mill-4:30pm il-quddiem, se nitkellmu fuq diversi ġrajjiet kurrenti fosthom ma' Dr Andrew Azzopardi, id-Dekan tal-Fakultà għat-Tisħiħ għas-Soċjetà se niddiskutu l-każ ta' traskuraġni ta' 12-il aħwa f'Kalifornja. X'każi ta' traskuraġni nisimgħu bihom f'Malta? Kif jiġu affetwati t-tfal b'dawn il-każi ta' traskuraġni?
Wara, ma' Prof Carmel Borg, Lecturer Fakultà tal-Edukazzjoni, se nistaqsu: X'effett se tħalli d-deċiżjoni li ma jkunu hemm eżamijiet f'nofs is-sena?
Mall-ġurnalist Ivan Camilleri imbagħad se nitkellmu dwar l-istorja fit-Times of Malta: "€80m iridu jingħataw lura lil VGH biex jagħtu lura żewġ sptarijiet". X'ġara eżatt? 
Se niddiskutu wkoll ir-rapport tal-Parlament Ewropew dwar Malta. Ma' l-opinjonista Lawrence Grech u l-ġurnalist se naraw dan xi jfisser għal pajjiżna u nistaqsu: Xi tqis li huma l-implikazzjonijiet għall-Malta? 
Fl-aħħar nett, ma' Fr Hector Scerri, il-President tal-Kummissjoni Ekumenika, se nisimgħu dwar il-ġurnata ta' talb għall-għaqda fost l-Insara. 
Segwi l-programm hawn: