Filmat: Iġġieldet anke meta nies ta’ saħħa ppjanaw il-qtil – ulied Daphne

Iġġieldet nies ta' saħħa ppjanaw qtil Daphne Caruana Galizia Viġil

Mill-velja 10 xhur wara l-qtil ta' Daphne Caruana Galiziahttps://bit.ly/2MWyBfS

Posted by Newsbook.com.mt on Thursday, August 16, 2018

Posted by Occupy Justice Malta on Thursday, August 16, 2018

LIVE: Vġili għal Daphne 10 xhur wara li qatluhaDettalji: https://bit.ly/2MWyBfS

Posted by Newsbook.com.mt on Thursday, August 16, 2018

Ulied il-ġurnalista assassinata Daphne Caruana Galizia qalu li ommhom kienet qed tiġġieled waqt li nies b’saħħithom kienu qed jippjanaw il-qtil tagħha.

F’messaġġ moqri minn oħt Daphne, Corinne Vella, it-tfal tagħha qalu li ommhom kellha ħajja sabiħa mdawwra b’familja li kienet tħobbha. “Li kieku kienet hawn, kienet tiġbed l-enerġija mill-folla preżenti” kitbu uliedha.

Qalu wkoll li ma kienetx kumbinazzjoni li Caruana Galizia nqatlet f’mument mingħajr oppożizzjoni effettiva f’Malta. Spjegaw li trid toħroġ tagħlima minn dan. Qalu wkoll li issa Malta tilfet il-persuna favorita tal-pajjiż biex tibla’ t-tort għal kollox (scapegoat). Spjegaw li dan ix-xogħol issa qed jagħmlu kulħadd, “xi wħud aktar minn oħrajn”.

“Kritika lill-Prim Ministru saret tradiment” – Manuel Delia

Il-blogger Manuel Delia qal li f’Malta ssawwar patriottiżmu falz fejn kritika lill-Prim Ministru Joseph Muscat saret tradiment.

Waqt id-diskors tiegħu fil-vġili, Delia qal li l-missjoni tal-Gvern Malti mhix biss li jaħbi dak li l-poplu ma jafx imma biex inessi dak li diġà jaf. Qal li Muscat ma jridx joqgħod biss għall-ġudizzju ta’ qorti imma wkoll għall-ġudizzju politiku bbażat fuq il-fatti. Delia saħaq li l-Gvern Laburista qed jipproġetta l-gideb tiegħu fuq ħaddieħor u jhedded lin-nies b’arrest.

Delia staqsa jekk hux se jiġi arrestat Muscat talli qal li l-eks impjegata ta’ Pilatus Bank Maria Efimova kienet spjun mir-Russja. “Kulħadd se jaħfer lil Joseph Muscat li f’nofs kampanja elettorali ivvinta minn żniedu indħil mir-Russja li ma kienx jeżisti? X’konfoffa akbar jista’ jkun hemm minn Prim Ministru li jgħid li Gvern barrani ieħor indaħal biex ineħħih?” staqsa Delia. Huwa qal li l-Oppożizzjoni trid tistenbaħ u tifhem li mhi xejn jekk ma topponix.

Il-kittieba Lizzie Eldridge qalet li minkejja l-ispin tal-Gvern, il-verità dejjem hemm se tibqa’.

L-artista Jessica Azzopardi qalet li Caruana Galizia kienet impressjonata b’kemm kienet interessata fis-suġġett tal-arti.

L-oppinjonista Ranier Fsadni qal li hemm bżonn li n-nies jifhmu l-verità. Qal li n-nies ma jimportaħhomx biss minn kemm għandhom flus fil-but.

Illejla qed issir vġili b’tifkira tal-ġurnalista assassinata Daphne Caruana Galizia.

Caruana Galizia ġiet assassinata fis-16 ta’ Ottubru 2017.

Tista’ taqra l-messaġġ sħiħ ta’ ulied Daphne minn hawn.