Follow Up: X’inhu d-daqs minimu ta’ post fejn jistgħu jgħixu n-nies?

Il-programm Follow Up tal-lum 7 ta' Marzu fuq RTK 103FM, nitkellmu mal-Profs Lilian Azzopardi, il-Kap tad-Dipartiment tal-Farmaċija. 
Wara, se naraw għalfejn fil-jiem li ġejjin il-katidral tal-Imdina se jkun miftuh lejl sħiħ. Veru li l-Papa Franġisku qalilhom biex jagħmlu dan? 
Mal-Perit George Cilia, Mark Zammit mill-Awtorità tal-Ippjanar, kif ukoll ma' Simon Debono minn Simon Estates, se nitkellmu dwar x'għandu jkun id-daqs minimu tal-kmamar fil-djar u appartamenti ġodda. 
Wara, l-bloggers ta' Newsbook.com.mt David Stellini u Andre Debattista se jitkellmu dwar l-bloggs li kitbu din il-ġimgħa u li rawhom eluf ta' nies.