Filmat: Veru li l-Malti indifferenti għat-traġedji tal-immigrazzjoni?

Il-programm Newsline tas-Sibt 3 ta' Frar se jiddiskuti diversi temi ewlenin ta' din il-ġimgħa, fosthom l-istqarrija tal-Isqfijiet dwar l-immigranti, fejn qegħdin itennu li "ma nistgħux nagħlqu widnejna għall-karba ta’ min jitlef ħajtu fil-mediterran". Fuq dan it-ton, se nsewgu l-intervent tal-Papa Franġisku fil-Parlament Ewropew.
Fl-istudjo se nitkellmu ma' Mark Micallef dwar l-indifferenza għat-traġedji tal-immigrazzjoni, u ma' Joanna Muscat, voluntiera ma' persuni li waslu Malta biex ifittxu kenn, fosthom nisa u tfal. 
Fit-tieni parti tal-programm nitkellmu ma' esperti legali minn NGO internazzjonali li qed isegwu l-każ fil-Qorti dwar l-assassinju ta' Daphne Caruana Galizia. X'intqal s'issa fil-kumpilazzjoni tal-Qorti? 
Imbagħad fl-aħħar parti tal-programm, nitkellmu dwar il-bini għoli u ż-żieda fl-għadd ta' sulari li qiegħed jidfen il-bini l-antik. Dwar dan nitkellmu ma' Maria Grazia Cassar, President ta' Din l-Art Ħelwa u ma'  Johann Buttigieg, iċ-Ċermen Eżekuttiv tal-Awtorità tal-Ippjanar

Newsline jixxandar kull nhar ta' Sibt bejn l-10am u 12pm fuq RTK 103FM, jippreżentaw Fr Joe Borg u Manuel Delia.