Filmat: Tliet snin ilu, fl-istess post, fl-istess ħin

LIVE: Tliet snin ilu, fl-istess post, fl-istess ħin

Posted by Newsbook.com.mt on Friday, October 16, 2020

Fil-Bidnija ftit qabel it-3pm, għadd ta’ persuni nġabbru għal mument ta’ silenzju fil-post li fih splodiet il-bomba li tpoġġiet taħt is-siġġu tal-karozza ta’ Daphne tliet snin ilu.

Il-karba għall-verità u l-ġustizzja fil-każ tal-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia tkompli tinħass hekk kif illum qed jiġu organizzati serje ta’ attivitajiet li jfakkru t-tliet snin mill-qtil brutali tal-ġurnalista Maltija.

Fost dawk li żaru l-Bidnija, kien hemm il-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech u martu.

Illejla fuq Newsbook.com.mt fit-8pm jixxandar dokumentarju dwar Daphne li huwa mtella’ mill-għaqdiet Repubblika u #occupyjustice flimkien ma’ manueldelia.com.

Il-ġurnalista Caruana Galizia nqatlet fi splużjoni ta’ karozza fit-triq li mill-Mosta tagħti għall-Bidnija sentejn ilu, fis-16 ta’ Ottubru għall-ħabta tat-3pm.

19-il għaqda internazzjonali li jaħdmu favur il-ġurnalisti talbu li tintemm l-impunità dwar l-assasassinju u li jispiċċa l-fastidju kontinwu indirizzat lill-familja tagħha.

Anki l-Parlament Ewropew illum onora lil Daphne billi nieda premju għall-ġurnaliżmu rifless bil-prinċipji u l-valuri Ewropej. Il-premju ngħata isem Daphne Caruana Galizia.