Qtil doppju Għargħur: Ħutu jieħdu l-ġurnament u jagħżlu li ma jixhdux

13:55 Il-każ ġie aġġornat 21 ta’ Novembru fin-12.30pm.

13:51 Jitla’ ħu l-akkużat u jieħu l-ġurament. Il-Maġistrat tinfurmah li minħabba li huwa ħu l-akkużat jista’ jagħżel li ma jixhedx f’dawn il-proċeduri. Bħal oħtu ftit qabel, ħu l-akkużat għażel li ma jixhidx.

13:48 Titla’ tieħu l-ġurament oħt l-akkużat. Il-Maġistrat tinfurmaha li minħabba li hi oħtu tista’ ma tixhidx fil-konfront ta’ ħuha, bil-mara tagħżel li ma tixhedx.

13:41 Jidħol l-akkużat fl-awla. Ir-raġel qed jiġi akkużat bil-qtil ta’ ommu u zitu. Xehed l-ewwel uffiċjal tal-Pulizija li mar fuq il-post fejn kien qed iwaqqaf lin-nies milli jgħaddu.

Il-każ seħħ fit-23 ta’ Lulju għall-ħabta tas-6.30am fi Triq Fidiel Zarb, b’raġel ta’ 42 sena mill-Għargħur allegatament jaggredixxi lin-nisa b’arma bil-ponta. In-nisa nstabu feruti fil-washroom tar-residenza.

L-aħħar żewġ seduti ġew posposti minħabba li ma waslux xi dokumenti mingħand l-Avukat Ġenerali.

Il-Qorti qed tiġi preseduta mill-Maġistrat Monica Vella. Il-Prosekuzzjoni qed titmexxa mill-Ispettur Kurt Zahra filwaqt li l-avukat tad-difiża huwa Francois Dalli.