Jixhdu 3 tobba fil-każ tal-qtil ta’ Hugo Chetcuti

Tliet tobba llum waranofsinhar taw ix-xhieda tagħhom fil-Qorti fil-każ kontra Bojan Cmelik, ir-raġel li qed jiġi akkużat bil-qtil ta’ Hugo Chetcuti f’Paċeville f’Lulju tas-sena li għaddiet.

Dr Jeremy Fenech kien assista lill-kururgu Ayman Mustafa li għamel l-operazzjoni fuq Chetcuti u qal li kien qed jitlef ammont kbir ta’ demm u bdew jibżgħu li ma kien se jirnexxielhom jistabilizzawh.  Fenech semma li hu kien l-ewwel assistant tal-konsulent Ayman Mustafa fl-operazzjonijiet li saru fuq Chetcuti. Fenech spjega li l-kurugu Mustafa għalaq it-toqob li kien hemm fil-musrana ż-żgħira.

It-tieni tabib kien Stefan Zammit huwa qal li qed jitħarreġ biex isir kururgu u kien it-tieni tabib li assista lil Mustafa. Zammit jgħid li xogħlu kien li jżomm l-addome waqt li l-kurugu jispezzjona l-organi wieħed, wieħed. Huwa spjega li l-kurugu beda jdur l-organi wieħed wieħed u fejn instabu iktar ġrieħi, saru l-ponti mill-kirugu. Huwa qal li jiftakar li kien hemm ftit toqob fil-musrana ż-żgħira u fil-mindil.

L-aħħar persuna li telgħet tixhed kienet Darko Babic, li huwa patoloġist konsulent li ilu jaħdem f’Mater Dei mill-2009. Babic qal li dakinhar li rċieva kampjun tal-musrana ta’ Chetcuti huwa kien xogħol spjega l-proċedura għalfejn jiġi eżaminat l-kampjun.

Is-seduta ġiet aġġornata bil-każ se jkompli jinstema’ fit-23 ta’ Jannar fis-1pm.

13:30 Jitla’ t-tabib Darko Babic li huwa patoloġist konsulent li ilu jaħdem f’Mater Dei mill-2009 u qabel ħadem fis-Serbja mill-2002. Babic ġie mistoqsi jekk kienx involut fl-operazzjoni fuq Chetcuti, bil-konsulent iwieġeb fin-negattiv, jgħid li huwa rċieva kampjun tal-musrana ta’ Chetcuti. Huwa jgħid li dakinhar kien xogħol u wasal il-kampjun. Huwa spjega l-proċedura għalfejn jiġi eżaminat l-kampjun.

Babic jispjega li huwa propja histopathologist, u kompla jispjega xogħlu u kif ġie spezzjonat il-kampjun. Babic jippreżenta r-rapport ppreparat minnu. Babic jispjega li l-ponti mhux bilfors isiru għax hemm toqba u jsostni li jista’ jkun hemm feriti superfiċjali. Babic kompla jidħol f’dettalji u terimini mediċi ta’ xogħlu fuq il-każ.

Il-kontro-eżami qed jiġi riservat.

13:28 L-avukat Psaila fil-kontro-eżami jsaqsi lil Zammit biex jikkonferma kemm toqob kellu Chetcuti. Zammit jgħid li minn fejn kien, ma setax jara sew kemm kien hemm toqob imma jaħseb li 4. Huwa ġie mistoqsi jekk poġġiex id-drains maż-żaqq Chetcuti, b’Zammit jgħid li ma kienx hu.

13:20 Jitla’ jixhed it-tabib Stephan Zammit, huwa jgħid li gradwa erba’ snin ilu bħala tabib u huwa qed jiġi ttrenjat bħala kurugu u li huwa kien it-tieni assistent tal-kurugu. Huwa jgħid li kien mitlub jassisti għax kellhom bżonn iktar għajnuna imma ma kienx familjari mal-każ. X’ħin wasal, jgħid li t-tabib Fenech u l-kurugu Mustafa kien għadhom kif ikkontrollaw l-iżvinar. Zammit jgħid li xogħlu kien li jżomm addome waqt li l-kurugu jispezzjona l-organi wieħed, wieħed. Huwa kompla jispjega li l-kururgu beda jdur l-organi wieħed wieħed u fejn instab iktar ġrieħi, saru l-punti mill-kurugu. Jgħid li jiftakar li kien hemm ftit toqob fil-musrana ż-żgħira u fil-mindil.

Huwa jgħid li nħaslu l-organi, wara l-addome ngħalaq ħallew żewġ drains imbagħad Chetcuti ġie ttrasferit lejn l-ITU.

Meta mistoqsi jekk jiftakarx kemm kien hemm toqob, Zammit jgħid li jaħseb erbgħa.

13:17 Jibda l-kontro eżami mill-avukat Ishmael Psaila, huwa jibda jsaqsi kemm kien hemm nies meta tpoġġew id-drains ma’ żaqq. Jiġi kkonfermat li kien hemm erba’ perforazzjonijiet mal-musrana ż-żgħira ta’ Chetcuti.

13:07 It-tabib jispjega li wara li l-kurugu Mustafa għalaq it-toqob (perforations) li kien fil-mindil u għalaq t-toqob li kien hemm fil-musrana ż-żgħira. Fenech jgħid li xogħlu kien qed isegwi x-xogħol li sar mill-kurugu Mustafa. Fenech jispjega li ladarba jiġi kkontrollat l-iżvinar, isiru l-punti, imbgħad tinħasel iż-żaqqHuwa kien mistoqsi min ħasel iż-żaqq, b’Fenech iwieġeb li ma jiftakarx. Fenech jgħid li jitpoġġa likwidu u wara li jinħaslu l-organi, l-likwidu jitneħħa.

Cmelik jidher jidħak.

L-avukat Giglio staqsa min għalaq iż-żaqq wara dan il-proċess u kif sar. Fenech jgħid li huwa żamm il-ġilda ma’ xulxin sakemm il-kirugu għalaq iż-żaqq. Jgħid li xogħlu waqaf hemm fuq il-każ. Jgħid li mbgħad Chetcuti ġie ttrasferit għall-ITU.

13:05 Il-Maġistrat tavża lil Fenech li għandu d-dritt li ma jweġibx għall-mistoqsijiet li huwa jqis li jistgħu jikkriminawh u li x-xhieda tiegħu tista’ tintuża kontrih.

12:53 Jitla’ jixhed l-ewwel tabib Jeremy Fenech li qed jitħarreġ biex ikun kurugu. Fenech qal lill-Qorti li huwa ggradwa bħala tabib ħames snin ilu. Huwa jgħid li kien l-ewwel assistant tal-konsulent Ayman Mustafa fl-operazzjonijiet li saru fuq Chetcuti. Fenech jispjega xogħlu fit-tweġbiet li qed jagħti għall-mistoqsijiet impoġġiha mill-prosekuzzjoni u li qed isiru mill-avukat Joe Giglio li wkoll qed jidher għall-parte civile. Fenech jgħid li xogħlu jinvolvi li jgħin lill-konsulent jaħdem aħjar, bħal pereżempju jżomm l-organi waqt li l-kurugu opera fuq Chetcuti.

Kien hemm ħafna demm ġej mill-musrana ż-żgħira li kellhu bżonn jitwaqqaf. Huwa jispjega li xogħlu kien li jneħħi d-demm, filwaqt li t-tabib Mustafa għamel il-punti biex jitwaqqaf id-demm.

12:45 Jidħol l-akkużat fl-Awla. Illum mistennija jixhdu t-tobba involuti fil-każ.

12:34 Ninsabu f’Awla numru 3 fejn se tkompli l-kumpilazzjoni tax-xhieda kontra Bojan Cmelik, li qed jiġi akkużat li attakka lill-intraprenditur Hugo Chetcuti f’San Ġiljan fis-6 ta’ Lulju billi tah daqqtejn ta’ sikkina. Chetcuti miet fl-Isptar Mater Dei wara li għamel sitt ijiem jissielet għal ħajtu.

AQRA: Qtil Hugo Chetcuti: L-allegat aggressur jitpoġġa taħt att ta’ akkuża

AQRA: Miet Hugo Chetcuti

AQRA: Hugo Chetcuti operat mill-ġdid – rapporti

Il-każ qed jinstema’ quddiem l-Maġistrat Marseann Farrugia.