Filmat: ‘Il-Gvern baqa’ jħallas €1.8 miljun fis-sena għat-tagħmir tal-isptarijiet’

Il-Gvern baqa’ jħallas €1.8 miljun fis-sena għat-tagħmir tal-3 sptarijiet minkejja li dawn għaddew lill-Vitals Global Healthcare. Dan ħareġ mix-xhieda li ta l-editur tal-gazzetta Illum, Albert Gauci Cunnigham, waqt il-kawża miftuħa mill-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia fil-konfront tal-Gvern. Delia fetaħ kawża biex il-kuntratt bejn il-Gvern u l-VGH jiġi ddikjarat null. Huwa preżenta affidavit fil-Qorti filwaqt li f’seduta qasira xehed Gauci Cunnigham b’rabta ma’ 4 artikli li dehru fl-istess gazzetta f’Qorti ppreseduta mill-Imħallef Silvio Meli.

Għall-Kap tal-Partit Nazzjonalista qed jidhru l-avukati Jason Azzopardi u Edward Debono.

AQRA: Il-Qorti tiċħad l-appell dwar il-kawża tal-VGH; se tkompli tinstema’

L-affidavit

Il-Kap tal-Oppożizzjoni u l-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia dalgħodu ppreżenta affidavit bħala parti mill-kawża li huwa fetaħ biex il-kuntratt li bih inbiegħu t-tliet sptarijiet jiġi ddikjarat null mill-Qorti.

Fir-rikors twil 22 paġna, Delia qal li fis-27 ta’ Marzu 2015 l-Gvern permezz ta’ Projects Malta Ltd taħt ir-responsabilità tal-Ministru Konrad Mizzi ħareġ sejħa għall-offerti għall-konċessjoni tal-isptar San Luqa, l-isptar Karin Grech u l-isptar Ġenerali ta’ Għawdex.

AQRA: L-avukati ta’ Technoline kontra Jason Azzopardi

F’Ġunju tal-istess sena, il-VGH ġiet magħżula għal din il-konċessjoni. Fl-affidavit, Delia kompla jgħid li fit-22 ta’ Marzu 2016 ġie ffirmat il-kuntratt bejn il-Gvern Malti u l-kumpanija VGH li għaddiet it-tliet sptarijiet b’konċessjoni ta’ 30 sena.

AQRA: Mizzi jiddefendi il-ftehim ma’ VGH

Delia rrefera għal laqgħa għall-midja li għaliha kien hemm preżenti l-Ministru Chris Fearne u Ram Tumuluri, id-direttur tal-VGH, li fiha, Tumuluri kien qal li l-kumpanija kienet se tinvesti xejn inqas minn €220 miljun fis-sentejn ta’ wara fl-isptarijiet.

AQRA: Aġġornata: Steward iħabbar li ffinalizza x-xiri tal-VGH

Fl-affidavit, Delia elenka kronoloġikament l-avvenimenti madwar il-kuntratt minn meta nħarġet is-sejħa sal-2018. Fosthom irrefera għal Memorandum ta’ ftehim sigriet bejn VGH u l-Ministru Chris Cardona fl-10 ta’ Ottubru 2014 dwar il-privatizzazzjoni tal-isptarijiet. Semma xogħol l-ġurnalista assassinata Daphne Caruana Galizia fejn kienet kitbet dwar il-ftehim li l-Gvern kien laħaq ma’ Oxley Capital Group biex imexxu l-isptarijiet qabel ma ħarġet is-sejħa għall-proposti f’Marzu 2015. Irrefera wkoll għall-publikazzjoni minn Caruana Galizia ta’ due diligence report li kien ikkundanna lil Vitals.

AQRA: Filmat: ​Delia jiftaħ kawża l-Qorti biex jitħassar il-kuntratt bejn il-VGH u l-Gvern; il-Gvern iwieġeb

Għall-Kap tal-Oppożizzjoni qed jidher l-avukat u l-Membru Parlamentari f’isem il-Partit Nazzjonalista Jason Azzopardi.

AQRA: L-avukat tal-VGH ma jitfaċċax il-Qorti

LIVE: Tkompli tinstema’ l-kawża tal-bejgħ tat-3 sptarijiet

09:20 Jitla’ jixhed l-editur tal-gazzetta Illum, Albert Gauci Cunnigham. Meta mistoqsi dwar għala kiteb dwar artikli li dehru fil-gazzetta dwar il-Vitals Global Healthcare, b’Gauci Cunnigham jwieġeb li kienu sorsi li tkellmu mal-ġurnal dwar tagħmir li nxtara mill-kumpanija qabel ma ġie konkluż il-kuntratt. Huwa esbixxa erba’ fil-Qorti l-artikli li dehru fil-ġurnal dwar il-VGH.

Gauci Cunningham qal li l-istejjer ippubblikati ma kienux dwar l-iskandenzi tal-kuntratt iżda kienu dwar it-tagħmir u l-ħlasijiet li saru lill-kuntratturi.

Kompla jgħid li t-tgħamir nxtara minn fondi Ewropej iżda l-Gvern baqa’ jixtri t-tagħmir għall-istess 3 sptarijiet wara li sar il-kuntratt. L-editur qal lill-Qorti li tagħmir sewa €1.8m fis-sena lill-Gvern u skont is-sorsi li kienu tkellmu mal-ġurnal din ġiet deskritta bħala stramberija. Meta mistqosi għala hi stramberija, huwa wieġeb li dan għaliex il-Gvern kien daħal fi ftehim mal-privat għalhekk dal-investiment kellu jsir mill-privat u mhux mill-Gvern.

Dalgħodu kompliet il-kawża miftuħa mill-Kap tal-Oppożizzjoni u l-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia biex il-kuntratt ta’ bejn il-Gvern u l-kumpanija Vitals Global Healthcare (VGH) li permezz tiegħu nbiegħu tliet sptarijiet jiġi ddikjarat null. Il-Kap tal-Oppożizzjoni kien fetaħ il-kawża ftit jiem wara li l-konċessjoni għat-tliet sptarijiet li kienu għaddew f’idejn l-VGH ġiet trasferita lil Steward Health Care. Delia kien argumenta li l-Gvern ma kellu l-ebda dritt li jawtorizza t-trasferiment minħabba li l-VGH kien kiser il-kundizzjonijiet tal-kuntratt.

AQRA: “Il-PM qed jipprova jaħrab mill-ġudizzju tal-Qorti dwar VGH”

AQRA: Aġġornata: Steward iħabbar li ffinalizza x-xiri tal-VGH