Jinstemgħu r-rikordings; Theuma ħass li Fenech u Schembri se jittraduh

Miguela Xuereb

Read in English.

LIVE: Yorgen Fenech ħiereġ mill-qorti

Posted by Newsbook.com.mt on Thursday, January 30, 2020

Xi spikka mis-seduta tal-lum?

  • Ippreżentati aktar minn 100 gigabyte ta’ informazzjoni; kopja ta’ 23 ritratt
  • Jibdew jinstemgħu r-rikordings li Melvin kellu fil-kaxxa tal-plastik
  • Mir-rikordings: Melvin jgħid lil Yorgen li Keith qal lil Kenneth li se jieħdu l-pleġġ fit-22 u li se jieħdu miljun kull wieħed
  • Melvin itenni li ħass li Yorgen qed jittradih ma’ Keith Schembri

Illum kompliet il-kumpilazzjoni tax-xhieda kontra Yorgen Fenech. Fenech huwa sid il-kumpanija 17 Black. Qed jiġi akkużat li kien kompliċi fl-assassinju tal-ġurnalista investigattiva Daphne Caruana Galizia.

12:21 Is-seduta tal-lum tintemm hawn. Grazzi talli segwejtuna.
Christoph Schwaiger
12:20 Is-seduti li jmiss se jkunu fil-5, 13, u l-20 ta' Frar. Kollha jibdew fl-10 ħlief tal-5 ta' Frar li tibda fid-9.30. Għandhom idumu kollha sas-1 pm.
Christoph Schwaiger
12:12 Il-Maġistrat tgħid li l-Qorti se taħtar espert biex tagħmel it-traskrizzjonijiet.
Christoph Schwaiger
12:10 Theuma joħroġ mill-awla. L-uffiċjali tas-sigurtà għattew lil Fenech waqt li Theuma għadda minn warajh.
Christoph Schwaiger
12:10 Id-despożizzjoni tax-xhud tiġi sospiża biex ikunu jistgħu jsiru traskrizjonijiet tar-recordings.
Christoph Schwaiger
12:07 Theuma jgħid li r-recordings mhux qed jinstemgħu b’mod ċar. Jgħid li jekk jinstemgħu l-laptop huma ċari
Christoph Schwaiger
12:05 Theuma jgħid li daħku bih meta qalulu bit-22 u bil-miljun. Jgħid li Yorgen kien jgħid li Keith ma kellux saħħa jirranġa tal-pledge. Jgħid li lanqas irranġa l-affarijiet tiegħu mal-Qorti aħseb u ara l-affarijiet ta' ħaddieħor.
Christoph Schwaiger
12:05 Theuma: Kenneth qalli ngħidilhom bil-pledge u l-miljun. Naf li Kenneth ċempel lil xi ħadd. Daħħalta f’moħħi li Keith Schembri għax kien jaħdem Kastilja.
Jgħid li spiċċa l-ħin kollu jirċievi messaġġi mingħand Mario Degiorgio u Yorgen Fenech.
Christoph Schwaiger
12:02 Prosekuzzjoni: Hemm biċċa tgħid li Kenneth ma ġiex mis-sema’.
Theuma: Iva, xi ħadd bagħtu
Christoph Schwaiger
11:54 Theuma jgħid li Yorgen Fenech iċċekja ma’ Keith li Keith bagħtu lil Kenneth.
Christoph Schwaiger
11:53 Theuma qal li qalielu Keith Schembri imma jgħid li dan mhux veru.
Christoph Schwaiger
11:53 Theuma: Jien daħħalt ġo moħħi mill-bidu li jew Yorgen jew Keith bagħtu lil Kenenth. Wara sirt naf li Yorgen ma’ kienx jafu lil Kenneth.
Christoph Schwaiger
11:52 Theuma: Mort ngħid lil Mario Degiorgio bid-data ta’ 22 u l-pledge.
Christoph Schwaiger
11:50 Semma l-kelma tradiment u lil Arthur Azzopardi. Arthur Azzopardi beda jġieħel lil-Koħħu jixkef. Theuma ħaseb li qed tinħadem xi biċċa biex jinqatel jew li jispiċċa l-ħabs. Yorgen kien qallu li kellu informazzjoni li Arthur Azzopardi mar ma’ Vince Muscat id-depot biex jikxef.
Theuma jgħid li ħass li din l-informazzjoni mhix veru. Ħass li Yorgen Fenech kien qed jittradih flimkien ma’ Keith Schembri.
Christoph Schwaiger
11:45 Qed jgħid lil Yorgen li Keith qal lil Kenneth li se jieħdu l-pledge fit-22 u li se jieħdu miljun kullwieħed.
Christoph Schwaiger
11:45 Theuma jgħid li ma jiftakarx id-data ta’ meta sar dan ir-recording li qed jinstema’. Jaf li beda jirrekordja ftit wara li Vince Muscat ried jikxef.
Christoph Schwaiger
11:44 Ikompli r-recording.
Christoph Schwaiger
11:43 Jgħid li dakinhar tah ir-recordings biex jismagħhom. Tah ittra.
Christoph Schwaiger
11:42 Jgħid li fil-15 ta’ Ottubru 2018 Yorgen Fenech sar jaf li kien hemm recordings.
Christoph Schwaiger
11:41 Theuma jgħid li r-recording sar b’żewġ mobiles. Waħda f’nofs il-karozza u l-oħra mal-bieba tiegħu. Jgħid li Fenech ma kienx jaf li qed isir recording.
Christoph Schwaiger
11:40 It-tfal kienu ta’ Yorgen Fenech.
Christoph Schwaiger
11:40 Theuma jgħid li l-ilħna huma tiegħu, ta’ Yorgen Fenech, u ta’ xi tfal. Mar għalih l-ajruport wara li Fenech mar jara partita futbol. Jaħseb li r-recording sar fl-2018 jew fl-2019.
Christoph Schwaiger
11:38 Jinstemgħu xi ilħna – wieħed minnhom ta’ tifel żgħir.
Christoph Schwaiger
11:36 Jinstema' l-ewwel recording. Ittieħed f'karozza.
Christoph Schwaiger
11:35 Se jinstemgħu r-recordings li kienu fil-kaxxa tal-pastik ta' Theuma
Christoph Schwaiger
11:33 Jixhed Melvin Theuma
Christoph Schwaiger
11:32 Il-Maġistrat tidħol fl-awla
Christoph Schwaiger
11:27 Is-seduta mistennija tkompli minn hawn u ftit ieħor
Christoph Schwaiger
11:22 Jidher li s-sospensjoni ġiet estiża. Ir-raġuni għal dan għadha mhix magħrufa.
Christoph Schwaiger
11:14 Is-seduta tal-kumpilazzjoni tax-xhieda għadha sospiża
Christoph Schwaiger
11:12 Intant il-Qorti sabet lill-Ministru Owen Bonnici ħati li kiser dritt l-attivisti meta tnaddaf il-mafkar ta' protesta ta' Daphne Caruana Galizia. L-attivisti sejħu għar-riżenja ta' Owen Bonnici li bħalissa qed jokkupa l-kariga ta' Ministru għall-Edukazzjoni
Christoph Schwaiger
10:58 Is-seduta tiġi sospiża għal kwarta. L-uffiċjali għadhom qed jippruvaw isemmgħu r-recordings.
Christoph Schwaiger
10:55 L-avukat tas-sensar Melvin Theuma jitlob lill-Qorti biex jingħataw kopja tar-recordings. Il-prosekuzzjoni u d-difiża ma joġġezzjonax għal din it-talba. Il-Maġistrat tilqa' t-talba tal-avukati ta' Theuma.
Christoph Schwaiger
10:53 Il-Maġistrat tordna biex ma jingħatawx kopji tar-recordings lil terzi.
Christoph Schwaiger
10:51 Il-Maġistrat tordna biex isiru kopji għad-difiża u għall-parte ċivile
Christoph Schwaiger
10:50 Id-difiża tgħid li m'għandhiex kopja tar-recordings kollha.
Christoph Schwaiger
10:46 Il-prosekuzzjoni tgħid li hemm diversi kopji tar-recordings.
Christoph Schwaiger
10:41 Yorgen Fenech qed jitkellem mal-avukati tiegħu. Hemm żewġ uffiċjali tas-sigurtà bilwieqfa ċentimetri 'l bogħod minnu jħarsu lejh.
Christoph Schwaiger
10:41 Tinstema' biċċa minn recording imma titwaqqaf wara fitt sekondi.
Christoph Schwaiger
10:38 Jidher li hemm xi dewmien. Ir-raġuni għal dan mhix magħrufa.
Christoph Schwaiger
10:33 Uffiċjali tal-Qorti jitolbu lil dawk li hemm bilwieqfa joħorġu mill-Awla. Jidher li m'hemmx biżżejjed post għal kulħadd.
Christoph Schwaiger
10:30 Jidher li qed nistennew il-Qorti ssib tarf tal-files li ġew ippreżentati.
Christoph Schwaiger
10:26 Għaddejja diskussjoni bejn l-avukati, il-prosekuzzjoni, u l-maġistrat dwar kif l-aħjar jinstemgħu r-recordings u jsiru t-traskrizzjonijiet neċessarji.
Christoph Schwaiger
10:25 Jidher li se jinstemgħu xi recordings.
Christoph Schwaiger
10:21 Id-difiża b’referenza ta’ rikors mill-prosekuzzjoni tiddikjara li Yorgen Fenech ma ngħatax kopja tar-rikors li ġie notifikat fil-ħabs bih fit-24 ta’ Jannar 2020. Għalhekk l-imputat ma ppreżenta l-ebda risposta għar-rikors fl-atti. Id-difiża tiddikjara li ma kella l-ebda oġġezzjoni biex tintlaqa’ t-talba tal-prosekuzzjoni għall-ħatra tal-espert.
Christoph Schwaiger
10:19 Tispiċċa x-xhieda ta' Cardona. Ma nafux x'files jew ritratti eżebixxa.
Christoph Schwaiger
10:18 Jeżebixxi hard drive. Fih kopja tal-files li ġie ordnat jagħmel kopja tagħhom. Hemm aktar minn 100 gigabyte ta’ informazzjoni.
Christoph Schwaiger
10:15 Jixhed l-espert Alvin Cardona. Intalab jiġbor informazzjoni elettronika. Jgħid li għamel kopja ta' 23 ritratt.
Christoph Schwaiger
10:13 Tidħol il-maġistrat
Christoph Schwaiger
10:11 Jidħol Yorgen Fenech. Żewġ uffiċjali tas-sigurtà qegħdin bilqiegħda ħdejh
Christoph Schwaiger
10:07 L-awla tibda timtela
Christoph Schwaiger
09:58 L-għodwa t-tajba! Ninsabu fil-Qorti nistennew il-każ jibda. Għadd ta' ġurnalisti jinsabu preżenti. Membri tal-familja ta' Caruana Galizia qegħdin hawn ukoll.
Christoph Schwaiger

Xi spikka fl-aħħar seduta?

  • Skont l-Ispettur Keith Arnaud, il-Pulizija ma kinux preżenti meta l-uffiċċju ta’ Keith Schembri f’Kastilja ġie ssiġillat. Dan ġie ssiġillat mill-OPM stess. Id-deċiżjoni ttieħdet minn Kastilja.
  • Keith Schembri rrifjuta li jagħti l-password tal-cloud – Arnaud
  • L-Ispettur Arnaud ma jiftakarx x’qallu Keith Schembri meta staqsieh FEJN, META u KIF tilef il-mowbajl
  • L-Ispettur Arnaud mhux infurmat jekk sarx rapport dwar il-mowbajl mitluf ta’ Keith Schembri
  • Il-Maġistrat: Schembri ntalab jerġa’ jmur l-Għassa u jħalli l-mowbajl jekk isibu? Arnaud: Le, għadna qed ninvestigaw inkluż it-tfittxija għall-mowbajl
  • Miċħuda t-talba għall-ħarsien mill-arrest ta’ Yorgen Fenech
  • Jingħataw id-dettalji xi nstab fl-uffiċċju, fuq il-jott u fir-residenza ta’ Yorgen Fenech

Filmat: Miguela Xuereb