Jixhdu aktar tobba fil-każ taż-żagħżugħ li kaxkar pulizija

Arkivji

11:29 Il-każ mistenni jkompli fl-24 ta’ Jannar fil-11 am.

11:28 Il-Maġistrat Joe Mifsud jilmenta li l-esperti tal-Qorti suppost iridu jippreżentaw ir-rapporti tagħhom fi żmien 20 jum. Jgħid li r-rapport dwar il-crash helmet  ta’ Simon Schembri għadu mhux lest.

11:21 It-tabib jgħid li kien hemm ċertezza li l-pulizija kien se jsofri minn xi diżabilità permanenti.

11:17 Jixhed tabib ieħor mill-Isptar li ukoll jispjega x’interventi kien involut fihom hu wkoll.

11:14 Jixhed plastic surgeon mill-isptar Mater Dei li jiddeskrivi xi interventi mediċi li għamel fuq il-pulizija.

Illum mistennija tkompli l-kumpilazzjoni tax-xhieda fil-każ taż-żagħżugħ akkużat li kaxkar pulizija f’Ħal Luqa f’Mejju li għadda.

Liam Debono qed jiġi akkużat b’attentat ta’ qtil tal-kuntistabbli Simon Schembri li sofra minn diversi ġrieħi wara li spiċċa mkaxkar għal diversi metri. Huwa kien arrestat fis-16 ta’ Mejju. Debono, li għandu 17-il sena, inħeles mill-arrest b’depożitu ta’ €10,000 u garanzija personali ta’ €40,000.

AQRA: “Spiċċa nofsu mejjet fit-triq qisu kelb” – qarib ta’ Simon Schembri

AQRA: “Taf li tajjart pulizija?”;”Iva naf”

AQRA: Aġġornata: Fil-periklu tal-mewt il-pulizija li ntlaqat minn karozza misjuqa minn żagħżugħ bla liċenzja