Assassinju Daphne: L-akkużati jitolbu l-libertà proviżorja

12:55 L-akkużati, l-avukati, u l-maġistrat joħorġu mill-awla.
12:10 Seduta oħra ġiet skedata għas-17 ta' April fin-12:30pm b'rabta ma' talba għal-libertà proviżorja tal-akkużati.
12:08 L-avukati tad-difiża u l-prosekuzzjoni jaqblu li jiltaqgħu fid-9:30am nhar l-20 ta' April biex isir l-aċċess għall-Bidnija.
12:05 L-avukati tad-difiża jinżlu sa ħdejn l-akkużati u jibdew jikkonsultaw dwar il-ħatra ta' persuna biex jieħu filmat fil-Bidnija fejn instabet biċċa minn sigarrett.
12:01 Il-prosekuzzjoni tgħid li xi esperti li kellhom iħejju rapport għal lum għadhom ma laħqux ilestuhom.
11:59 Tgħid li ma tafx x’jismu l-espert, li qatt ma kelmitu u li ma tafx x’nazzjonalità għandu wara domanda mill-avukati tad-difiża.
11:55 Tixhed il-Pulizija Staphanie Spiteri li qalet li kienet assenjata għar-residenza ta’ Vince Muscat. Qalet li fetħet il-partner ta’ Muscat. Qalet li kien hemm persuna mill-Europol preżenti. Hi qalet li ma elevat xejn minn fuq il-post.
11:53 Skont il-pulizija ma kien hemm l-ebda tip ta' moviment fid-dar tal-Imsida.
11:49 Jixhed pulizija li ntalab joqgħod għassa ma’ dar ta’ Vince Muscat fl-Imsida.
11:47 Mitlub jiċċara jgħid li Muscat kien preżenti wara s-6:00pm. Qal li t-tfittxija bdiet fil-preżenza ta’ Muscat.
11:46 Il-pulizija jgħid li Vince Muscat kien preżenti fis-Siġġiewi għat-tfittxija. Jgħid li ma jafx l-isem tal-espert barrani. Jgħid li ma jafx x’inhi n-nazzjonalità tal-espert.
11:43 Jixhed pulizija li kien preżenti waqt tfittxijiet li saru fir-residenza ta’ Vince Muscat. Jgħid li saret tftixxija oħra fl-Imsida. Qal li ppruvaw ifittxu wkoll f’xi vettura imma peress li ma kellhomx ċavetta din it-tfittxija ma saritx. Qal li l-karozza ġiet ittowjata fil-preżenza ta’ Vince Muscat.
11:38 Mistoqsi jekk rax lil George Degiorgio waqt it-tfittxija jgħid li l-akkużat ma kienx preżenti. Il-pulizija jgħid li ma jafx min kien l-espert barrani preżenti għat-tfittxija.
11:34 Jixhed il-pulizija Kenneth Mifsud li qal li fl-4 ta’ Diċembru kien preżenti waqt tfittxijiet li saru fir-residenza ta’ George Degiorgio.
11:31 L-avukati tad-difiża jgħidu li għandhom id-dritt li jkollom kopja tal-evidenza li jkollha l-prosekuzzjoni.
11:26 L-avukati tal-parte civile jfakkru fit-talba li kienu resqu l-ġurnalisti biex l-identità tas-sorsi tal-ġurnalista tibqa' protetti.
11:24 Jixhed espert li evalwa laptop ta' Daphne Caruana Galizia. Qal li jidher li ma ntużax mill-2015 'il quddiem.
11:16 L-avukati tad-difiża jibdew jirrabbjaw li l-pulizija li għamlu t-tfittxijiet ma jafux min kienu l-esperti barranin li kienu preżenti waqt it-tfittxijiet. Jgħidu li anke l-PlayStation tat-tifel ta' Degiorgio ġiet elevata.
11:10 Il-pulizija Kimberly Camilleri tgħid li saru tfittxijiet għal apparat elettroniku. Mistoqsija min kien l-espert barrani li kien preżenti waqt it-tfittxija, Camilleri tgħid li ma tafx.
11:06 Qal li beda jiġbed l-attenzjoni tal-pulizija tal-forensika meta kien qed isib xi mowbajls u pendrives. Jgħid li George Degiorgio ma kienx preżenti waqt it-tfittxjiet.
11:03 Jixhed il-pulizija Roy Sciberras mill-vice squad li kien assenjat li jmur id-dar ta’ George Degiorgio f’San Pawl il-Baħar. Jgħid li fetħet is-sieħba ta’ Degiorgio. Jgħid li ġew elevati xi oġġetti elettroniċi. Jgħid li saret ukoll tfittxija f’karozza Audi.
11:00 Jerġa' jikkonferma li fl-ewwel ġurnata nstabu sitt mowbajls. Qal li kien preżenti fid-dives kollha tal-ewwel ġurnata. Jgħid li ttieħdu xi ritratti taħt il-baħar.
10:54 Jgħid li fl-ewwel ġurnata kien preżenti waqt is-sejba ta' sitt mowbajls.
10:51 Jixhed surġent stazzjonat il-Mosta li ntalab ifittex taħt il-baħar fil-Marsa.
10:49 Skont is-suldat il-mowbajls kienu fuq wiċċ il-ħama li kienet ta' kulur ċar.
10:46 Fl-4 ta’ Dicembru jgħid li sab xi sim card holders ukoll. Jgħid li fis-6 ta' Diċembru ra lil wieħed mill-kollegi tiegħu jtella' mowbajl Nokia ieħor. 
10:40 Jgħid li matul il-ġimgħa li għamel ifittex sab 4 mowbajls f'kundizzjoni tajba, batteriji u xi covers tal-mowbajls.
10:39 Jixhed suldat ieħor li wkoll kien bugħaddas dakinhar tat-tfittxijiet tal-4 ta' Diċembru.
10:35 Is-suldat jgħid li ż-żewġ mowbajls fl-4 ta' Diċembru nstabu fl-ewwel dive. Qal li l-mowbajls ma kienux mgħottijin. Jgħid li l-mowbajls tan-Nokia ma kellhomx batterija u tas-Samsung kien issiġillat.
10:31 Is-suldat jgħid li fl-4 ta' Diċembru kien qed jagħmel dives fiż-żona minn filgħodu sa x'ħin dalam. Jgħid li l-viżabilità ma tantx kienet tajba. Jispjega li ġie mitlub biex ifittex affarijiet bħal mowbajls, batteriji u affarijiet relatati mal-isplussivi. Skont is-suldat il-mowbajls kienu fuq il-wiċċ tal-ħama fil-baħar.
10:28 Jgħid li fl-ewwel dive li għamlu fl-4 ta' Diċembru nstab mowbajl Samsung u ieħor Nokia. Jgħid li fis-6 ta' Diċembru nstab mowbajl ieħor tan-Nokia.
10:25 Jixhed suldat mill-Forzi Armati ta' Malta li sab żewġ mowbajls taħt il-baħar ħdejn it-tinda tal-patata fil-Marsa.
10:23 Jgħid li ġie kkuntatjat mil-Pulizija l-ewwel darba f'Jannar tal-2018.
Waqt l-aħħar seduta xehed raġel li qal li ltaqa' ma' Alfred Degiorgio f'lukanda f'Għawdex.
10:13 Jispjega li t-tip ta' informazzjoni li jkunu fuq dawn id-dokumenti tinkludi informazzjoni dwar il-karta tal-identità u xi numru ta' kuntatt.
10:10 Jixhed ir-receptionist tal-lukanda San Andrea fix-Xlendi Għawdex. Jġib miegħu numru ta' dokumenti b'rabta ma' check-in partikolari.
10:01 Cutajar jgħid li l-filamti maħruġin huma mill-15 ta' Ottubru sas-16 ta' Ottubru ta' Triq il-Bidnija. Jgħid li fis-16 ta' Ottubru mar fuq il-post biex jara liema kameras kellhom relevanza mal-każ.
09:58 Jixhed l-espert inkarigat li jiġbor il-filmati tas-CCTV Keith Cutajar. Jgħid li kien hemm b'kollox bejn 60 u 70 kamera.
09:46 Il-maġistrat tidħol fl-awla.
09:40 L-akkużati jidħlu fl-awla.
Illum mistenni jkompli jinstema' l-każ tal-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia.
It-tliet akkużati huma Alfred Degiorgio magħruf bħala "il-Fulu", ħuh George Degiorgio "ċ-Ċiniż" u Vince Muscat "il-Koħħu".
Sketch: Jesmond Vassallo