Qtil doppju Tas-Sliema: “Jekk tpoġġini fl-istess ċella miegħu noqtlu”

Chris-Pandolfino-Ivor-Maciejowski-home-locker-street-double-murder-police
Miguela Xuereb

Read in English.

Il-kumpilazzjoni tax-xhieda kontra r-raġel ta’ 36 sena Viktor Dragomanski, it-tieni suspettat bil-qtil doppju f’Tas-Sliema kompliet illum.

Xi spikka mix-xhieda tal-lum?

  • “Jekk tpoġġini fl-istess ċella mal-Albaniż noqtlu, minħabba fih spiċċajt hawn” – Dragomanski dwar akkużat ieħor.
  • Malli waslu fuq ix-xena tad-delitt il-Pulizija sabet salib tad-deheb mal-art u ħafna demm
  • Sabuha stramba li Pandolfino kien liebes boxer shorts u papoċċ tal-ġiri
  • “Ippjanar ta’ xejn u kollox mar ħażin” – l-akkużat lill-Pulizija
11:54 Is-seduta li jmiss se ssir fl-10 ta' Novembru fid-9.30am.
Charmaine Attard
11:48 Dr Brincat jagħmel talba f'isem Dragomanski. Jitlob li l-flus, b'total ta' €950, jiġu rilaxxati biex l-akkużat ikun jista' jużahom għall-Qorti. Il-maġistrat jirrifjut t-talba. Jgħid li hemm biżżejjed xhieda biex l-akkużat jgħaddi ġuri.
Charmaine Attard
11:46 Il-Maġistrat Joe Mifsud jilqa' t-talba u jirrilaxxa l-propjetà immedjatament.
Charmaine Attard
11:44 Dr Giglio jgħid li l-esperti kollha spiċċaw ix-xogħol dwar Triq Locker. Jitlob li d-dar terġa' tingħata lura lill-familja.
Charmaine Attard
11:43 Dr Brincat jistaqsi lix-xhud. Jgħid li l-filmati tas-CCTV fl-ebda ħin ma wrew li xi ħadd li jixbaħ lil Dragomanski kien qed isuq il-karozza.
Charmaine Attard
11:42 Ix-xhud jgħid li rrikonoxxa lil Daniel Muka mit-tattoo.
Charmaine Attard
11:39 Ix-xhud ikkonferma xi screenshots mill-filmati tal-kameras tas-sigurtà u ritratti li ħa fir-residenza ta' Dragomanski.
Charmaine Attard
11:37 L-uffiċjal qal li wara Dragomanski ġie arrestat. Mar biex jiġbor l-affarijiet tiegħu minn residenza fi Triq il-Karmelu.
Charmaine Attard
11:36 It-tliet suspettati ħadu t-taxi flimkien għal Tas-Sliema.
Nicole Borg
11:35 Filmati tas-CCTV fuq xarabank Tal-Linja qabad lit-tliet suspettati jistennew fuq barra ta' Dolce Sicilia.
Nicole Borg
11:35 Mill-parkeġġ, is-suspettati mxew lejn il-bus stop tal-Imsida. Wieħed mis-suspettati daħal fil-ħanut Dolce Sicilia.
Nicole Borg
11:34 Il-pulizija kellu jiddetermina kif is-suspettati ħarġu mill-karozza. L-istess filmati tas-CCTV juri filmati tat-tliet suspettati jitilqu fid-direzzjoni opposta.
Nicole Borg
11:32 L-uffiċjal spjega li l-karozza dehret issuq lejn Triq l-Ursolini fejn instabet fil-parkeġġ.
Nicole Borg
11:28 Ix-xhud spjega li l-filmati tas-CCTV kienu eżaminati b'reqqa u daħal fid-dettall dwar kif sar dan.
Nicole Borg
11:27 Hu kien involut fil-ġbir tal-filmati tas-CCTV u ħadem mal-espert tal-Qorti Martin Bajada u esperti oħrajn għall-filmati.
Nicole Borg
11:26 Hu qal li rċieva struzzjonijiet mill-Ispettur tal-Pulizija James Grech fid-19 ta' Awwissu.
Nicole Borg
11:25 Kuntistabbli tal-pulizija mill-iskwadra tal-omiċidji jitla' jixhed.
Nicole Borg
11:24 Hu wassal lill-pulizija fuq il-post.
Nicole Borg
11:23 Uffiċjal ieħor tal-pulizija jitla' jixhed.
Nicole Borg
11:22 Kien hemm sinjali ta' taqlib f'kamra fuq, qal l-uffiċjal.
Nicole Borg
11:21 Ix-xhud qal li sabha stramba li Pandolfino kien liebes boxer shorts u papoċċ tal-ġiri.
Nicole Borg
11:20 Huma u deħlin fid-dar, l-uffiċjal tal-pulizija qal li kien hemm salib magħmul mid-deheb mal-art. Kien hemm ħafna demm.
Nicole Borg
11:18 Hu spjega kif daħlu fid-dar u assigura li ma kien hemm ħadd fid-dar. Qal li kien hemm sinjali ta' taqlib f'kamra.
Nicole Borg
11:17 L-uffiċjal kien fuq il-post dakinhar tal-qtil. Hu ra l-bullet casings u d-demm.
Nicole Borg
11:16 Jitla' jixhed PS Clayton Azzopardi mill-RIU.
Nicole Borg
11:14 L-uffiċjal qal li l-ewwel vittma, Pandolfino, kien qiegħed eżatt quddiemu fid-daħla tad-dar.
Nicole Borg
11:14 L-uffiċjal spjega li l-post kien ingħalaq.
Nicole Borg
11:13 Huma talbu għal aktar assistenza.
Nicole Borg
11:13 L-uffiċjal spjega li u beda tiela' t-taraġ u ra lit-tieni vittma li ma kienx qed jiċċaqlaq.
Nicole Borg
11:12 L-uffiċjal qal li ta daqqa' ta' sieq lil bieb biex jiftħu. Qal li sab il-casing ħdejn Pandolfino u casing fuq l-ewwel tarġa.
Nicole Borg
11:12 L-uffiċjal sab lil oħt Pandolfino barra li qaltlu li ntemgħet kommossjoni fuq ġewwa u rġiel dehru jaħarbu mid-dar.
Nicole Borg
11:11 Hu qal li kien infurmat mill-pulizija li kien hemm serqa fi Triq Locker f'Tas-Sliema.
Nicole Borg
11:11 Jibda ixhed uffiċjal tal-RIU.
Nicole Borg
11:08 Paula Pandolfino tat lill-pulizija l-permess biex jiftħu l-bieb għax jekk dawn indarbu jaf kien ikollhom bżonn l-assistenza. L-uffiċjal ta l-permess li dan isir.
Nicole Borg
11:07 Fuq barra kien hemm mara li identifikat lilha nnifisha bħala Paula Pandolfino, oħt il-vittma, u raġel li identifika lilu nniffsu bħala z-ziju tal-vittma.
Nicole Borg
11:05 L-uffiċjal qalet li żewġ persuni daħlu jirrappurtaw li semgħu tiri. Qalet li l-ewwel xhud kellu aċċent barrani, it-teni xhud kien Malti.
Nicole Borg
11:05 Titla' tixhed WPS Valerie Mifsud mill-Għassa tal-Pulizija ta' Tas-Sliema. Hi kienet qed taħdem shift ta' bil-lejl.
Nicole Borg
11:03 L-uffiċjal qal li fis-27 ta' Awwissu raġel issottometta rapport dwar Skoda li nsterqet minn Regina Showroom. L-uffiċjal qal li l-karozza kienet tniżżlet waqt tindif ta' rutina. Il-karozza kienet intesiet fi Triq Isouard.

Id-direttur kien infurmat li l-karozza kienet misruqa mill-Ispettur tal-Pulizija James Grech.
Nicole Borg
11:02 Jitla' jixhed PS Reuben Balzan.
Nicole Borg
11:01 Il-VW Tiguan kienet insterqed minn Triq Nazio Ellul fl-Imsida. Ir-rapport kien sar fl-14 ta' Settembru tal-2018 minn Malcolm Fava.
Nicole Borg
11:00 PS Brian Mifsud mill-Għassa tal-Pulizija ta' Tas-Sliema jitla' jixhed.
Nicole Borg
10:59 L-uffiċjal tal-pulizija mill-Għassa tal-Pulizija ta' San Ġiljan jitla' jxihed. Hu qal li fit-3 ta' Awwissu sid ta' karozza Seat irrapporta li kienu nsterqulu l-pjanċi.
Nicole Borg
10:58 Il-pulizija tkellmu miegħu riċentament u infurmawh li l-karozza kienet intużat fil-qtil doppju ta' Tas-Sliema.
Nicole Borg
10:58 Hu kien għamel rapport.
Nicole Borg
10:57 Ir-raġel ta' sid il-VW Tiguan jitla' jixhed. Il-karozza nsterqet f'nofs Settembru tal-2018 fl-Imsida.
Nicole Borg
10:56 Spjega li rċieva telefonata mill-Ispettur tal-Pulizija James Grech biex jinfurmah li l-pjanċi kienu involuti fil-qtil doppju ta' Tas-Sliema. Ix-xhud mar ifittex il-karozza u ma sabiex hemm. Hu għamel rapport lill-pulizija li l-karozza nsterqet.
Nicole Borg
10:54 Ir-raġel li huwa d-direttur ta' Regina Autodealer spjega li l-iskoda li kienet fuq il-bejt tax-showroom tniżżlet isfel biex tkun scrappjata. Il-karozza tħalliet barra. Il-karozze ttieħdet.
Nicole Borg
10:53 Raġel ieħor li nsterqulu l-pjanċi jitla' jixhed.
Nicole Borg
10:52 Hu ntwera ritratt tal-karozza tiegħu bil-pjanċi tiegħu. Hu kkonferma li dik hi l-karozza tiegħu.
Nicole Borg
10:51 Urewh ritratti tal-pjanċi tal-Peugeot 107. Qal li dawk il-pjanċi huma tiegħu imma hu qatt ma kellu Peugeot 107.
Nicole Borg
10:51 Hu qal li ma ġabarx il-pjanċi imma mar għand Transport Malta biex jiġbor pjanċi ġodda.
Nicole Borg
10:49 Raġel tela jixhed u qal li l-pjanċi tal-karozza tiegħu nsterqu fit-3 ta' Awwissu. Qal li għamel rapport lill-pulizija dakinhar tas-serqa.
Nicole Borg
10:48 Il-VW Tiguan dehret fl-9.45pm.
Nicole Borg
10:48 Similarment għal Baldacchino, Rizzo spjega li kienu struzzjonati biex ifittxu l-karozza.
Nicole Borg
10:47 Rizzo kien qiegħed jaħdem shift ta' billejl ma' Baldacchino.
Nicole Borg
10:47 PS Keith Rizzo jibda jixhed.
Nicole Borg
10:46 Ix-xhud ikkonferma li mal-arrest, Dragomanski kien irrabjat ħafna għal Muka u ried jitkellem mal-Pulizija mingħajr assistenza legali.
Nicole Borg
10:46 Ix-xhud għaddej minn kontro-eżami ta' Dr Brincat.
Nicole Borg
10:46 Ix-xhud qal li ma kienx ċar.
Nicole Borg
10:45 "Jekk tpoġġini fl-istess ċella mal-Albaniż noqtlu, Minħabba fih spiċċajt hawn," qal Dragomanski skont ix-xhieda tal-uffiċjal tal-pulizija.
Nicole Borg
10:44 Qal li Dragomanski beda jitkellem mal-pulizija wara li ġie arrestat. Ix-xhud qal li filwaqt li l-akkużat ma kienx ċar, hu rrefera għall-Albaniż b'konnessjoni mal-isparar.
Nicole Borg
10:43 Ix-xhud qal li l-akkużat kien infurmat bir-raġuni għaliex kien arrestat u ngħata d-dritt li ma jitkellimx.
Nicole Borg
10:43 L-uffiċjal qal li wara li ħareġ mil-lukanda sab lil Dragomanski arrestat mill-kollegi tiegħu.
Nicole Borg
10:42 Ix-xhud qal li hu niżel isfel u ra li kien hemm raġel li kien ħiereġ mit-tieqa ta' wara u ħarab minn fuq il-bejt. Hu informa lill-kollegi tiegħu.
Nicole Borg
10:42 Il-pulizija semgħet ħoss li indika movimenti li kienu ġejjin minn ġol-kamra.
Nicole Borg
10:40 Ix-xhud qal li rċevew informazzjoni li Dragomanski kien qed joqgħod fil-lukanda Blue Bay. Tim ta' ħames jew sitt uffiċjali marru quddiem il-kamra tiegħu fil-lukanda.
Nicole Borg
10:40 L-uffiċjal qal li fis-26 ta' Awwissu kien struzzjonat mill-Ispettur tal-Pulizija James Grech li l-pulizija kienet qed tfittex persuna oħra.
Nicole Borg
10:39 L-ispettur tal-pulizija kkonferma li r-ritratt juri l-karozza li nstabet fil-parkeġġ.
Nicole Borg
10:38 Il-kaorzza nstabet fil-parkeġġ tal-Isptar San Luqa. Iż-żona ngħalqet.
Nicole Borg
10:36 Baldacchino kien qiegħed jaħdem shift ta' bil-lejl dakinhar li seħħ il-qtil. L-Ispettur Grech kien struzzjona lit-tim biex isib il-karozza VW Tiguan. Huma kienu struzzjonati biex ifittxu l-karozza fiż-żona tal-Pietà.
Nicole Borg
10:36 L-Ispettur Saviour Baldacchino mill-Major Crimes Unit jibda jixhed.
Nicole Borg
10:35 Il-kontro-eżami kien riżervat.
Nicole Borg
10:35 Kien hemm bullet casings madwar Pandolfino, qal ix-xhud.
Nicole Borg
10:33 Hu qal li mal-wasla tagħhom, it-timijiet inqasmu. Dr Joslin qal li hu għamel eżami ta' malajr fuq Pandolfino. Hu ma kellu l-ebda polz u ma kienx qed jieħu nifs. Hu kien iddikjarat mejjet fuq il-post.

Tabib ieħor, Dr Mike Spiteri, eżamina lil Maciewski li kien fil-bokka tat-taraġ. Hu kien iddikjarat mejjet fuq il-post.
Nicole Borg
10:31 It-tabib Jonathan Joslin mid-Dipartiment tal-Emerġenza tela' jixhed.

Qal li żewġ units intbagħtu fuq il-post fl-10.48pm. Fi triqithom lejn Triq Locker kienu infurmati li hemm żewġ vittmi. Huma waslu fuq il-post fl-10.59pm.
Nicole Borg
10:30 Il-Maġistrat qal li kien hemm transkrizzjoni tal-istatement.
Nicole Borg
10:30 Il-kontro eżami ta' Dr Brincat huwa limitat għal mistoqsija waħda. Hu staqsa dwar l-istatement tal-akkużat. L-Ispettur tal-Pulizija Sheldon qal li ma kienx involut.
Nicole Borg
10:29 Xhud li jippreferixxi jibqa' anonimu żar l-għassa tal-Pulizija f'Tas-Sliema u kkonferma dak li qalu x-xhieda l-oħra dwar il-lejl meta nqatlu Pandolfino u Maciejowksi.
Nicole Borg
10:28 Mara barranija kriet kamra f'lukanda f'isem Dragomanski.
Nicole Borg
10:28 Il-karozza ta' Dragomanski kienet diġà ġiet irmunkata meta sar il-qtil.
Nicole Borg
10:26 Qal li l-uffiċjali tal-RIU fetħu l-bieb bid-daqqiet ta' sieq biex jidħlu fir-residenza. Hu kien qed iwieġeb mistoqsija tal-Ispettur Grech.
Nicole Borg
10:26 L-Ispettur tal-Pulizija James Grech waqqaf lil Sheldon u staqsa jekk dak li kien se jgħix kienx relatat ma' Dragomanski. Hu informa li l-evidenza relatata mal-irwol ta' Dragomanski kien diġà għaddiha.
Nicole Borg
10:25 Kristiansen kien irreġistrat f'residenza imma ma setgħax jinstab.
Nicole Borg
10:24 Muka tressaq il-Qorti akkużat fis-27 ta' Awwissu quddiem il-Maġistrat Nadine Lia. Hu wieġeb mhux ħati tal-akkużi.

Dragomanski kien tressaq ġurnata wara quddiem il-Maġistrat Victor Axiak fejn wieġeb mhux ħati għall-akkużi.
Nicole Borg
10:22 Qal li meta kien mistoqsi, Dragomanski qal li kien ma Muka u l-ħabib tiegħu Jesper Kristiansen. Hu identifika lil Kristiansen meta ra ritratt tiegħu. Hu qal lill-pulizija li baqa' fl-karozza u mar ħdejhom aktar tard.

"Xejn ma kien ippjanat u mar kollox ħażin," il-pulizija ikkowota lil Dragomanski.
Nicole Borg
10:22 Dragomanski pprova jaħrab minn tieqa tal-kamra tal-lukanda, qal ix-xhud. Spjega li kien arrestat mill-pulizija fit-triq.
Nicole Borg
10:21 Ix-xhud qal li kien preżenti għall-arrest.
Nicole Borg
10:20 Qal li Dragomanski għandu Honda Civic Sports li ġier irmunkata fis-16 ta' Awwissu tal-2020 wara li għalqet garaxx fi Triq Carmel.
Nicole Borg
10:20 Muka identifika lil Viktor Dragomanski minn lista ta' persuni bl-isem Viktor li għandha l-pulizija. Wara qal li r-raġel kien mill-Maċedonja.
Nicole Borg
10:18 Qal li Daniel Muka kien interrogat tliet darbiet fil-kwartieri tal-pulizija.
Nicole Borg
10:18 Qal li t-taxi waqfet quddiem ir-residenza ta' Dragomanski. Hu identifika lir-raġel fl-awla.
Nicole Borg
10:16 L-ispettur tal-pulizija kompla jispjega li l-filmati tas-CCTV urew lill-irġiel fuq il-bus stop magħrufa bħala Il-Kulleġġ. Wieħed mis-suspettati daħal f'kafetterija u staqsa għall-password tal-WiFi biex jordna taxi.
Nicole Borg
10:14 L-ispettur tal-Pulizija Sheldon semma l-oġġetti li nstabu fil-karozza, inkluż parrokka li ntużat mis-suspettat it-twil (Muka). Instabu wkoll repliki tal-armi AK-47 u xkubetta Thompson.
Nicole Borg
10:14 Il-pjanċi fuq il-VW Tiguan fiż-żmien li nstabet kienu nsterqu minn fuq karozza pparkjata fil-Ħamrun.
Nicole Borg
10:12 Hu spjega li l-marki distintivi li nstabu fuq il-karozza VW Tiguan wasslu biex din tiġi identifikata. Tkellem ukoll dwar ix-xogħol tal-pulizija fl-analiżi tal-filmati tas-CCTV biex tinstab il-karozza.
Nicole Borg
10:12 L-uffiċjal tal-pulizija kompla jiddeskrivi kif ġraw l-affarijiet.
Nicole Borg
10:09 Hu u jiddeskrivi x'ra fuq il-post, l-ispettur tal-pulizija qal li sabu marki tad-dħul li kienu għadhom friski. Qal li fl-ewwel sular kien hemm il-kamra tas-sodda ta' Ivor Maciejowski.

Maciejowski ma kienx liebes deheb. Qal li d-deheb is-soltu kien jinżamm f'kaxxa, iżda din ma nstabitx.
Nicole Borg
10:08 It-tielet xhud li kien jgħix bieb ma' bieb mal-vittmi tkellem mal-pulizija u qalilhom li sema' sitt tiri fid-dar ta' Pandolfino. Hu ra tliet irġiel ħerġin, u wieħed kellu f'idejh handbag.
Nicole Borg
10:07 Qal li persuna oħra li kienet qed tpejjep sigarett fil-gallarija u ċemplet lill-pulizija wkoll rat lit-tliet irġiel ħerġin mid-dar.
Nicole Borg
10:06 Qal li z-ziju ta' Pandolfino xehed li semgħa ħsejjes strambi ġejjin mid-dar ta' Pandolfino. Hu ra persuna ħierġa mid-dar u tirritorna ma' persuna oħra. Qal li mbagħad tliet persuni telqu mid-dar.
Nicole Borg
10:04 L-uffiċjal tal-pulizija qal fil-Qorti li dakinhar, Christian Pandolfino kien qed jiċċelebra ż-żjara t'oħtu f'Malta.
Nicole Borg
10:04 L-Ispettur tal-Pulizija Colin Sheldon jibda jixhed.
Nicole Borg
10:00 Bonġu u merħba għal dan il-live blogg. Ninsabu live minn awla 21.
Nicole Borg

Christian Pandolfino ta’ 58 sena u Ivor Maciejowski ta’ 30 sena nqatlu f’darhom fi Triq Locker f’Tas-Sliema nhar it-Tlieta 18 ta’ Awwissu għall-ħabta tal-10.20pm.

Waqt l-aħħar smigħ, il-Qorti rat kif Dragomanski kien offrut xogħol mhux speċifikat li ħa mingħajr ma staqsa mistoqsijiet. Ir-raġel weħħel fis-suspettat prinċipali Daniel Muka u qal lill-pulizija li dan irvinalu ħajtu fi żmien ftit minuti.

L-Ispetturi tal-Pulizija James Grech u Colin Sheldon qed imexxu l-prosekuzzjoni. Għall-akkużat qed jidher Dr Joe Brincat bħala għajnuna legali. L-avukati Joe Giglio u Roberta Bonello qed jidhru għall-parte civile.