Il-Maġistrat jgħid li l-każ dwar Lassana qed jieħu wisq fit-tul

Read in English.

Il-kumpilazzjoni tax-xhieda fil-qtil ta’ Lassana Cisse kompliet llum fejn il-Maġistrat Ian Farrugia jgħid li l-każ dwar Lassana qed jieħu wisq fit-tul biex jinqata’.

Cisse Souleymane, ta’ 42 sena, nqatel fis-6 ta’ April 2019 meta kien miexi lejn iċ-Ċentru l-Miftuħ ta’ Ħal Far. Żewġ persuni li dak iż-żmien kienu fil-Forzi Armati ta’ Malta qed jitressqu akkużati bil-qtil tiegħu.

Lorin Scicluna, ta’ 22 sena u Francesco Fenech ta’ 21 sena qed ikunu akkużati wkoll b’attentat qtil wara li allegatament sparaw fuq żewġ irġiel oħra ta’ karnaġġjon skur fl-istess triq. Iż-żewġt irġiel l-oħrajn salvaw.

10:11 Grazzi talli segwejtuna.
Nicole Borg
10:10 Il-Maġistrat wissa lill-prosekuzzjoni biex tinforma l-Qorti jekk m'hemmx aktar xhieda għal dawn il-ġranet.
Nicole Borg
10:05 Is-smigħ tal-lum jintemm hawn.
Nicole Borg
10:03 L-avukati qablu ma' dan.
Nicole Borg
10:02 Il-Maġistrat qed jissuġġerixxi t-22 ta' Ottubru fid-9.30am, it-30 ta' Ottubru fid-9.30am u smigħ ieħor fis-6 ta' Diċembru fid-9.30am.
Nicole Borg
10:01 Il-Maġistrat Farrugia qal li se jiskeda tliet seduti oħra għal dak il-każ għax qed jieħu wisq fit-tul.
Nicole Borg
10:01 Il-Maġistrat Farrugia qal li l-prosekuzzjoni ma fadlilhiex xhieda.
Nicole Borg
10:00 L-immigrant saritlu operazzjoni fi spalltu.
Nicole Borg
09:57 Giordimania qal li l-immigrant kellu jgħaddi minn operazzjoni fl-4 ta' Frar.
Nicole Borg
09:55 Hu assista immigrant li ttieħed l-Isptar Mater Dei meta ttajjar minn karozza fit-2 ta' Frar tal-2019.
Nicole Borg
09:53 L-espert mediku Ryan Giordimania jibda jixhed.
Nicole Borg
09:44 L-avukati Gianella DeMarco u Stephen Tonna Lowell qed jiddefendu lil Francesco Fenech.
Nicole Borg
09:43 L-avukati Franco Debono, Kris Busietta u Julian Farrugia huma l-avukati tad-difiża ta' Lorin Scicluna.
Nicole Borg
09:41 Dr Farrugia qed tippreżent fil-Qorti it-traskrizzjonijiet tal-istatements li ngħataw mill-akkużati.
Nicole Borg
09:40 Dr Joane Farrugia tibda tixhed.
Nicole Borg
09:40 L-akkużati wkoll jinsabu preżenti fl-awla.
Nicole Borg
09:40 Il-Maġistrat Ian Farrugia jinsab preżenti fl-awla.
Nicole Borg
09:39 Ninsabu live minn awla 8.
Nicole Borg
09:39 Bonġu u merħba għal dan il-blogg.
Nicole Borg