“Ma nippretendix li l-investigazzjoni f’Keith Schembri għadha għaddejja” – Maġistrat

Read in English.

Propju llum kompliet tinstema’ l-kumpilazzjoni tax-xhieda b’rabta ma’ Yorgen Fenech, li huwa akkużat b’involviment fl-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia.

X’kienu wħud mill-punti ewlenin?

  • Ix-xhieda ta’ Melvin Theuma dwar uħud mir-rekordings saret wara bibien magħluqa. Il-ġunalisti għamlu madwar sagħtejn jistennew barra l-awla.
  • L-Ispettur Arnaud qal lil Theuma biex ma jsemmix ismijiet jekk ma jiftakarx eżatt il-persuna jew persuni.
  • Il-Maġistrat tgħid li ma tippretendix li l-investigazzjonijiet f’Keith Schembri u Kenneth Camilleri għadhom għaddejjin.
  • “Reġa’ ġej għall-Whisky” – dan il-kliem jinstema’ fir-rekording b’referenza għal Silvio Valletta.
  • Theuma qal li hu kien staqsa lil Fenech jekk Valletta kienx se jitneħħa mill-investigazzjoni fl-assassinju u Fenech assigurah li dan ma kienx se jiġri.
  • Johann Cremona se jintalab jixhed nhar it-Tnejn.
18:02 Il-blogg tal-lum jintemm hawn. Grazzi talli segwejtuna.
Nicole Borg
18:02 Wara nhar it-Tnejn, is-smigħ li jmiss se jsir it-Tnejn 22 ta' Ġunju.
Nicole Borg
17:55 Is-smigħ li jmiss huwa skedat għal nhar it-Tnejn fl-10am.
Nicole Borg
17:52 Il-Maġistrat Montebello qalet li l-Qorti ma tistenniex li l-investigazzjonijiet fil-każ ta' Keith Schembri u Kenneth Camilleri għadhom għaddejjin.
Nicole Borg
17:48 Johann Cremona se jintalab jixhed nhar it-Tnejn.

L-Ispettur Keith Arnaud qal li fil-każ ta' Keith Schembri u Kennet Camilleri, il-Pulizija għandha bżonn aktar żmien biex tinvestiga ċertu informazzjoni.
Nicole Borg
17:47 Il-Qorti ordnat li r-rekordings jitnaddfu mill-background noise waqt il-konverżazzjoni bejn Theuma u Fenech.

Il-Qorti se tinkariga sound engineer biex jagħmel dan.
Nicole Borg
17:41 Id-difiża qed titlob lill-Qorti biex il-kontro-eżami ta' Theuma jsir wara x-xhieda ta' Johann Cremona, Keith Schmebri u Kenneth Camilleri.
Nicole Borg
17:40 Il-Maġistrat Montebello qalet li l-kontro-eżami jista' jibda ladarba t-transcript ikun ikkoreġut.
Nicole Borg
17:39 Id-difiża qed tistaqsi l-Qorti jekk tistax tibda l-kontri eżami tagħha.
Nicole Borg
17:33 Ix-xhieda ta' Melvin Theuma tintemm hawn.
Nicole Borg
17:33 Theuma ma jiftakarx il-kliem li kien intqal.
Nicole Borg
17:18 Azzopardi qed jirreferi għal kelma partikolari fil-konverżazzjoni u Theuma talab li jerġa' jisma' r-rekording.
Nicole Borg
17:15 Hu u jistaqsi lil Theuma jekk jiftakarx lil Yorgen Fenech jgħidlu li Chris Cardona kien iddaħħal fi sptar f'Tas-Sliema għax instab jipponta arma tan-nar f'ħalqu. Theuma qal li ma jiftakarx.
Nicole Borg
17:07 L-avukat Azzopardi rrefera għal meta fir-rekording instema l-kliem li l-Fulu rċieva l-flus mingħandhom ukoll. Staqsieh jekk jistax jikkonferma min huma dawn il-persuni li qed jagħmel referenza għalihom.

Theuma qal li kien qed jirreferi għal Cardona imma ma jafx jekk hemmx referenza għal persuni oħrajn li għandhom konnessjoni ma' Cardona.
Nicole Borg
17:05 Theuma qal li hu kien staqsa lil Fenech jekk Valletta kienx se jitneħħa mill-investigazzjoni fl-assassinju u Fenech assigurah li dan ma kienx se jiġri.
Nicole Borg
17:04 "Reġa' ġej għall-Whisky" – dan il-kliem jinstema' fir-rekording b'referenza għal Silvio Valletta.
Nicole Borg
16:59 Azzopardi staqsa lil Theuma jekk Valletta kienx jirċievi flixken tal-whisky minn Fenech biex dan jgħaddilu informazzjoni.
Nicole Borg
16:58 L-avukat Jason Azzopardi qed jistaqsi lil Theuma dwar ir-rekordings.
Nicole Borg
16:56 Melvin Theuma ma jiftakarx jekk f'Diċembru tal-2018, Silvio Valletta kienx għadu jservi bħala Assistent Kummissarju tal-Pulizija.
Nicole Borg
16:49 Il-konverżazzjoni tkompli bejniethom b'diskussjoni dwar l-assassinju u x'se jiġri fl-eventwalità li jinqabdu u Theuma jkun arrestat b'konnessjoni mal-assassinju.
Nicole Borg
16:45 Theuma qed jispjega kif waqt waħda mill-konverżazzjonijiet hu qal lil Fenech li huma jaf jiġu arrestati imma li Fenech kellu konnezzjonijiet biex joħorġhom minnha.
Nicole Borg
16:43 Il-Maġistrat Montebello qed tavża lill-avukati tad-difiża biex ma jikkummentawx waqt ix-xhieda ta' Theuma.
Nicole Borg
16:39 L-Ispettur Keith Arnaud kompla jinterroga lil Theuma. Theuma qal li ma jistax jiftakaw il-konverżazzjoni eżatta imma jinsab ċert li hija dwar l-assassinju.
Nicole Borg
16:30 L-avukati tad-difiża qed jgħidu li x-xhieda ta' Theuma ma tistax tibqa għaddejja għax mhux qed jiftakar il-fatti imma qed jassumi.
Nicole Borg
16:28 Fenech kien qal ma' Theuma li Silvio Valletta kien imur jiġbor il-whiskey ma' Fenech.
Nicole Borg
16:21 "M'għandekx lill-ieħor" – Theuma qal li b'dan il-kliem kien qed jirreferi għal Keith Schmebri hekk kif Fenech dejjem qallu li Keith Schembri qed jgħaddilu l-informazzjoni.
Nicole Borg
16:20 Melvin Theuma qal ukoll li dan qalulu Fenech.
Nicole Borg
16:19 Theuma qal li Azzopardi kien ġabar il-flus biex jgħaddihom lill-Koħħu.
Nicole Borg
16:17 L-avukat Arthur (Turu) Azzopardi jissemma f'konverżazzjoni bejn Fenech u Theuma.
Nicole Borg
16:11 Theuma qal lu hu seta' jiċċekkja ma' Johann Cremona jekk sabux il-mobile tiegħu fil-baħar ħdejn it-tinda tal-patata fil-Marsa.
Nicole Borg
16:08 Theuma qed jgħid li kien sorpriż li jisma' li l-Fulu rċieva flus mingħandhom ukoll.
Nicole Borg
16:06 Theuma qal li wara li reġa' sema r-rekordings fejn intqal il-kliem "mela ha (il-Fulu) l-flus min ghandhom ukoll" jista' jkun qed jirreferi għal Chris Cardona.
Nicole Borg
16:05 L-Ispettur Arnaud qal lil Theuma biex ma jsemmix ismijiet jekk ma jiftakarx eżatt il-persuna jew persuni.
Nicole Borg
16:04 Theuma qal li fir-rekording kien qed jirreferi għall-Fulu li seta' rieva flus mingħand xi ħadd ieħor iżda ma semmiex ismijiet.
Nicole Borg
15:59 Theuma qal li fir-rekordings staqsa lil Fenech jekk kinux irċevew il-flus mingħand l-oħrajn ukoll.
Nicole Borg
15:57 Theuma qal li d-diskursata saret f'Diċembru tal-2018 – ix-xahar meta Fenech tah il-flus biex imur vaganza.
Nicole Borg
15:51 Theuma qal li hu rrekordja konverżazzjoni waqt li kienu f'Portomaso.
Nicole Borg
15:45 Leħen ta' mara jinstema' fir-rekordings imma il-mara għadha ma ġietx identifikata.
Nicole Borg
15:44 Il-Qorti qed tisma' aktar rekordings ta' konverżazzjonijiet bejn Melvin Theuma u Yorgen Fenech.

The court is listening to more recordings of conversations between Melvin Theuma and Yorgen Fenech.
Nicole Borg
15:42 Il-Maġistrat Montebello tidħol mill-ġdid fl-awla wara li l-qorti ordnat break ta' 10 minuti.
Nicole Borg
15:22 Il-midja ngħatat il-permess tidħol lura fl-awla
Nicole Borg
14:45 Il-bieb tal-awla huwa mgħasses mill-gwardjani tal-ħabs.
Nicole Borg
14:43 Il-familja Caruana Galizia u l-familja ta' Yorgen Fenech ukoll qed jistennew barra mill-awla.
Nicole Borg
14:41 Il-ġurnalisti għadhom qed jistennew barra l-awla.
Nicole Borg
14:36 Ix-xhieda ta' Theuma għadha għaddejja wara bibien magħluqa.
Nicole Borg
13:31 It-Tnejn, Theuma xehed li hu kien qal lil Fenech biex "jgħidilhom" biex ma jeliminawh.
Nicole Borg
13:29 Waqt is-smigħ li għadda, Theuma qal li hu kien konvint li Fenech u Keith Schembri riedu jeliminawh – jew billi joqtluh jew billi jwasslu li jeħel hu għall-assassinju.
Nicole Borg
12:58 Il-ġurnalisti għadhom qed jistennew barra mill-awla.
Nicole Borg
12:40 Ix-xhied ta' Theuma dwar ir-rekordings tal-lum se tinstema' wara bibien magħluqa.
Nicole Borg
12:39 Il-midja ntalbet toħroġ mill-awla.
Nicole Borg
12:37 Fis-smigħ li għadda, is-sensar tal-assassinju Melvin Theuma qal li fir-rekordings li fadal jinstemgħu hemm referenza għal Keith Schembri, iċ-Chief of Staff tal-eks Prim Ministru Joseph Muscat.
Nicole Borg
12:35 Arnaud qal li d-dettalji li jissemmew fir-rekordings għadhom qed jiġu investigati mill-Pulizija.
Nicole Borg
12:33 L-Ispettur Keith Arnaud qal li fir-rekordings hemm dettalji dwar suġġetti li mhux relatati.
Nicole Borg
12:32 L-avukati tad-difiża, il-parte civile u l-prosekuturi talbu biex il-Maġistrat Montebello tisma' r-rekordings wara bibien magħluqa.
Nicole Borg
12:30 Il-Qorti tissospendi s-smigħ għal ftit minuti.
Nicole Borg
12:27 MAdwar 30 ruħ jinsabu preżenti fl-awla 9, li hija awla relattivament żgħurda.

Sfortunatament, id-distanza soċjali ma tixtax tkun osservata. Kulħadd liebes maskri jew visors.
Nicole Borg
12:26 Melvin Theuma jintalab jibda jixhed.
Nicole Borg
12:25 Il-Maġistrat Montebello daħlet fl-awla.
Nicole Borg
12:25 Iddaħħlu fl-awla aktar siġġijiet sabiex il-familja ta' Fenech tkun tista' tpoġġi fl-awla, kif ukoll għall-gwardjani tal-ħabs.
Nicole Borg
12:24 Yorgen Fenech huwa preżenti fl-awla.
Nicole Borg
12:23 L-awla hija mimlija. Il-qraba ta' Yorgen Fenech, li kienu jammontaw għal erba' ma tħallewx jidħlu kollha fl-awla.
Nicole Borg
12:22 Il-kumpilazzjoni tax-xhieda tal-lum suppost bdiet f'nofsinhar.
Nicole Borg
12:20 Bħalissa ninsabu preżenti f'awla 9.
Nicole Borg
12:17 Waranofsinhar it-tajjeb u merħba għal dan il-live blogg.
Nicole Borg

Fl-aħħar smigħ tax-xhieda li sar fit-8 ta’ Ġunju ħareġ li:

  • Is-sensar tal-assassinju jgħid li Keith Schembri u Silvio Valletta kienu jgħaddu l-informazzjoni lil Yorgen Fenech.
  • Theuma qal li tant kien inkwetat li ried jitkellem ma’ Matthew Caruana Galizia dwar kollox u anke mal-Arċisqof biex ifittex l-għajnuna u l-gwida.
  • “Kont nippreferi nkun mejjet milli ngħix il-ħajja li kont qed ngħix. Kont depressed u anke Yorgen kien jaf li waqajt f’depression. In fatti, tani €5,000 biex imur btala,” qal Theuma.
  • Theuma xehed li jemmen li Keith Schembri huwa involut fl-omiċidju.
  • Theuma qal li qatt ma ddiskuta l-qtil ma’ Keith Schembri.
  • L-Ispettur Arnaud jikkjarifika li Theuma staqsa lil Fenech biex ikellem lil Lawrence Cutajar, l-eks Kummissarju, biex ma jarrestawx lis-sieħba tiegħu u lit-tifla.
  • “Kont ċert li Fenech u Schembri riedu jeħilsu minni” – Melvin Theuma

Yorgen Fenech huwa rappreżentat mill-Avukati Dr Gianluca Caruana Curran, Dr Marion Camilleri u Dr Charles Mercieca. Il-Prosekuzzjoni qed titmexxa mill-Ispetturi Keith Arnaud u Kurt Zahra, assistiti mill-Avukat Ġenerali.

L-Avukat Jason Azzopardi qed jidher parte civile għall-familja Caruana Galizia.

Filmat: Miguela Xuereb