“Qed inħoss li se mmut” – Hugo qabel daħal għat-tieni operazzjoni

Illum kompliet il-kumpliazzjoni tax-xhieda bil-ġbir ta’ aktar evidenza dwar l-akkużat Serb ta’ 35 sena li l-Ġimgħa filgħaxija ta żewġ daqqiet ta’ sikkina lill-imprenditur Hugo Chetcuti. Chetcuti miet sitt ijiem wara fl-isptar Mater Dei.

Fix-xhieda li ngħatat fil-Qorti dalgħodu, ħu Hugo, Isaac qal li qabel daħal għat-tieni operazzjoni, Hugo qallu “qed inħoss li se mmut”. Dawn kienu l-aħħar kelmiet li qal Hugo minħabba li qattma reġa’ ġie f’sensih wara t-tieni operazzjoni.

Aqra d-dettalji u l-evidenza li ħarġet fil-Qorti llum hekk kif instemgħet:

1.30pm: L-avukat Joe Giglio sostna li l-attakk fuq Hugo nqabad ċar fuq il-kameras tas-sigurtà (CCTV) filwaqt li qal li l-filmati se jiġu esebiti fil-Qorti.

1.00pm: Kompla jixhed Isaac Chetcuti u qal uħud mill-aħħar kliem ta’ Hugo: “Għalfejn għamilli hekk? Jien lanqas biss nafu.” “Qed inħoss li se mmut”, qal Hugo hekk kif kien sejjer għat-tieni operazzjoni li minnha qatt ma reġa’ ġie f’sensih.

12.30pm: Issa xehed ħu Hugo, Isaac li fix-xhieda tiegħu spikkaw id-dettalji tal-mument li l-akkużat resaq lejn Hugo fl-istabbiliment fejn kienu. Isaac jirrakkonta kif ra lill-akkużat jersaq lejn ħuh qisu biex joħodlu b’idu iżda malli kien viċin qabdu min għonqu u tah id-daqqiet.

Jirrakkonta li kif induna, Hugo għajjat biex jaqbduh u telaq jiġri għal wara l-akkużat, iżda x’ħin ġie f’sensih Isaac reġa’ mar fejn Hugo biex iċempel 112 u ċempel ukoll lit-tifel tiegħu li kien imsiefer biex jiġi lura Malta malajr.

12.08pm: Jixhed issa s-Surġent Joseph Camilleri mill-RIU. Qal li għall-ħabta ta’ 10:30pm ġew mgħarrfa li seħħ l-inċident viċin Hugo Hotel. Qal li kien fil-kamra tal-kontroll tal-RIU flimkien ma’ tliet Pulizija oħra. Qal li rċevew l-istess deskrizzjoni tal-ilbies tal-aggressur.

11.51am: Il-Maġistrat tidħol lura fl-awla fejn ikompli s-smiegħ tax-xhieda. Jitkellem issa s-Surġent Glenn Vella. Qal li fis-6 ta’ Lulju fil-10:30pm hu flimkien ma’ żewġt Pulizija oħra tal-RIU, ġew infurmati li f’Paceville quddiem Hugo Boutique Hotel kien għadu kemm ġie attakkat b’sikkina. Jirrakkonta dak li qalilhom Isaac Chetcuti dwar il-każ. Qal li waqt it-tfittxijiet raw persuna liebsa qmis blu u qalziet ċar. Huma marru fil-kantuniera li biex jaqbduh u hu ħiereġ minn triq dejqa li tagħti lejn Triq Santa Elena. Qal li meta ħareġ għal Triq Santa Elena hu u Pulizija ieħor ħarġu mill-karozza tal_RIU biex ikellmuh. Qal li wiċċ l-akkużat kien bl-għaraq u kien evidenti li kien qed jiġri jew li kien għamel xi forma ta’ eżerċizzju.

Qal li meta kellem lill-akkużat, dar lejhom u pprova jmur għal fuqhom jipprova joħroġ xi ħaġa minn taħt il-flokk. Qal li kellmuh bil-Malti biex jieqaf imbagħad qalulu bl-Ingliż. Qal li Cmelick kompla miexi għal ġo fihom u jżomm is-sikkina. Qal li dak il-ħin ma rax is-sikkina imma rah b’idejh fuq l-istonku u miexi lejhom. Qal li minħabba r-rapport li kien hemm attakk b’sikkina ħarġu t-taser u qalulu li se jużawh. L-akkużat kompla miexi lejhom u dak il-ħin użaw it-taser. Qal li kien il-kollega tiegħu li uża t-taser. Qal li nqala minn mat-taser u reġa pprova jaħrab. Qabduh għat-tieni darba imma qal li kien b’saħħtu u l-aggressur pprova jagħti bil-ponn lilu u lill-Pulizija l-ieħor li kien hemm miegħu. Qal li kien hemm li qabduh. Qal ukoll li hu ġarrab xi ġrieħi ħfief u ppreżenta wkoll ċertifikat.

Qal li kien liebes l-uniformi tal-RIU, T-shirt u boots. Qal li kellu miktub fuq dahru li hu Pulizija u li kienu f’karozza li kienet evidenti li kienet tal-Pulizija. Qali li x’ħin niżżlu lill-akkużat mal-art u beda jagħti bis-sieq il-Pulizija uża t-taser ma’ saqajn l-akkużat biex jikkalma. Qal li dak il-ħin Cmelick ikkalma u mmanettjawh. Qal li bie xjimmateejawh kellhom iżommuh tliet persuni. Qal li waqt l-arrest kienu tliet Pulizija. Ippreżenta żewġ ritratti li fihom tidher is-sikkina li kien hemm fuqu. Qal li r-ritratti ħadhom bil-mowbajl tiegħu.

11.48am: Il-Maġistrat toħroġ mill-awla.

11.32am: Jixhed issa s-Surġent Ivan Attard li qal li kien xogħol bil-lejl, mit-8pm sa’ 5am fl-għassa tal-Pulizija ta’ San Ġiljan. Qal li bejn l-10:30pm u l-10:45pm irċevew telefonata li infurmathom bl-inċident. Qal li hu flimkien mal-kollegi tiegħu marru fuq il-post fejn il-Hugo Boutique Hotel fejn ġew avviċinati minn raġel li qalilhom li hu Isaac Chetcuti u li l-vittma kien ħuh Hugo Chetcuti. Qal li spjegalhom li kien ma ħuh fuq mejda fejn ġie avviċinat minn raġel li tah daqtejn ta’ sikkina u telaq jiġri fid-direzzjoni lejn Burger King. Qal Isaac Chetcuti qalilhom li kienu se jinawguraw stabiliment ġdid bl-isem Seafood and Cocktail u kienu jinsbau faċċata tiegħu.

Qal li Isaac Chetcuti mar lura fejn ħuh u qalilhom li l-aggressur kien liebes flokk skur u qalziet ċar. Qal li hu flimkien mal-kollei marru fid-direzzjoni ta’ Spinola Bay u kkomunikaw mal-membri tal-RIU sabiex jaħdmu fuq it-tfittxijiet. Qal li persuna mill-RIU qal li ra persuna li kienet liebsa l-istess ħwejjeġ tal-akkużat, li bdew isegwuh imma tilfuh. Qal li meta waslu ħdejn Surfside raw raġel jiġri fuq il-blat. Qal li niżel warajh u beda jiġri warajh u baqa’ jimxi mal-blat fejn imbagħad eventwalment reġa’ tela’ fuq il-bankina. Huwa kompla jsegwih u daħal wara l-Lombard. Qal li qal lill-aggressur li kien Pulizija u biex jieqaf. L-aggressur kompla jiġri u aktar tard tilef il-vista minn fuqu.

Qal li aktar tard karozza tal-RIU kkomunikat magħhom li arrestat raġel fi Triq Santa Elena f’Tas-Sliema. Qal li marru immedjatament fuq il-post u ra lill-akkużat immanettjat u għarfu bħala l-istess persuna li kien qed jiġri warajh. Qal li l-kollega tiegħu qal lill-akkużat id-dirttijiet tiegħu u mill-eżaminazzjoni sabulu sikkina ma’ qaddu. Qal li minn hemm ħaduh l-għassa ta’ San Ġiljan, għamlulu tfittxija fuq il-persuna tiegħu u kull ma sabulu kienu żewġt ċwievet. Qal li l-akkużat qalilhom x’jismu u li ma kienx se jwieġeb għall-mistoqsijiet tagħhom. Qal li Cmelick ittieħed l-Isptar Mater Dei għall-kura u s-surġent baqa’ l-għassa.

11:27am: Is-surġent qal li qatt ma sabu l-kappell l-isfar tal-akkużat. Qal li Cmelick u ħuh ma kienux qed jitkellmu għax Cmelick kien sar agressiv u ħuħ qal li ma kienx qiegħed sew mentalment. Qal li ma staqsiex lil ħu l-akkużat x’ifisser meta qal li ħuh ma kienx qiegħed sew mentalment. Ħu Cmelick qal li Bojan Cmelick kien jaħdem fis tabilliment ta’ Hugo Chetcuti u kien tkeċċa.

11.03am: Jixhed ukoll is-Surġent Shawn Axiaq mill-għassa tal-Pulizija ta’ San Ġiljan. Qal li kellu shift ta’ bil-lejl li tibda fis-6pm. Qal li rċevew telefonata fl-għassa ta’ San Ġiljan għall-ħabta tal-10:30pm li kien hemm persuna li qalgħet xi daqqiet ta’ sikkina. Qal li min ċempel qalilhom li l-persuna kienet ħdejn il-Hugo’s Boutique Hotel f’Paceville. Qal li marru dak il-ħin u marru fuq is-sit hu u erba’ Pulizija oħra. Isaac Chetcuti kellimhom u qalilhom li ħuh kien qalha daqqa ta’ sikkina u l-akkużat kien ħarab. Isaac Chetcuti urihom il-post fejn seħħ u tagħhom id-deskrizzjoni tal-akkużat. Spjega li ltaqgħu ma’ Isaac Chetcuti quddiem il-lukanda u ħadhom ħdejn bar ġdid ftit ‘il fuq. Qal li l-akkużat kien qmis blu skura, qalziet ċar u kappell isfar.

Qal li marru fid-direzzjoni lejn fejn indikalhom Isaac Chetcuti viċin il-Knisja tal-Balluta. Qal li hemmhekk kien hemm għadd ta’ uffiċjali tal-RIU li qalu li kienu kważi qabduh imma kien reġa’ ħarab. Qal li l-akkużat baqa’ jiġri fuq ix-xatt ta’ Tas-Sliema. Spjega li viċin is-Surfside il-Pulizija reġgħu ħarġu mill-karozza, niżel it-taraġ u ma ra lil ħadd jiġri, imma malli niżel it-taraġ, il-persuna li kienet taqbel mad-deskrizzjoni qamet minn ma’ grupp ta’ persuni li kienu qed jagħmlu BBQ u qabad jiġri lejn il-Fortizza. Spejga li hu u Pulizija ieħor komplew isehwuh madanakollu xorta ma laħħqux miegħu. Qal li komplew jiċċirkodaw iż-żona tal-Fortizza.

Qal li ma setgħux isibu wieħed mill-Pulizija u lill-akkużat. Il-Pulizija irritorna iktar tard u qalilhom li tilfu viċin il-Lombard Bank. Aktar tard qal li rċevew messaġġ li l-akkużat inqabad fi Triq Santa Elena mill-Pulizija tal-RIU. Qal li staqsa jekk kienux fittxew lir-raġel għall-armi. Is-Surġent spjega li sab arma taqta’ u bil-ponta viċin żaqqu. Qal li dak il-ħin ġie arrestat u eskortat lejn l-għassa tal-Pulizija.

Qal li kif daħħluh l-għassa staqsieh għad-dettalji tiegħu u hu qalilhom li kien jgħix fit-triq, Cmelick qal li ma kien se jwieġeb għal xejn u se jitkellem fil-Qorti. Is-Surġent imbagaħd mar l-għassa biex jara l-qagħda ta’ Hugo Chetcuti u spjega li kien hemm it-tabib Mario Scerri li spjegali li Chetcuti kien f’qagħda kritika u qal sabiex l-akkużat jiġi eskortat lejn l-isptar. Mill-isptar Cmelick ġie ċċertifikat li jista’ jittieħed fil-lock-up. Qal li ġew tal-frensika li ħadu l-ħwejjeġ u s-sikkina li nstabu fuq l-akkużat. Huwa mar lura l-isptar biex jitkellem ma Isaac Chetcuti u persuni oħra tas-sigurta.

Qal ukoll li Hugo tkellem ma’ wieħed mill-uffiċjali tas-sigurta tiegħu wara li ndarab, li qallu li kien qalgħa daqqiet ta’ sikkina. Hu ġablu tissues biex jipprova jwaqqaflu d-demm, ħadu għal taxi u bagħtu immedjatament l-isptar.

Qal li ġew mgħarrfa li ħu Cmelick kien jaħdem viċin u marru jinterrogawh. Ħu Cmelick qal li kien ilu ma jitkellem miegħu għal seba’ xhur. Qal li sar agressiv. Ħu Cmelick ħa lill-Pulizija fl-appartament fejn jgħixu hu u ħuh li tagħhom il-passaport u l-karta tal-identita ta’ Cmelick, kif ukoll mowbajl. Is-surġent qal li ħa din l-evidenza lura l-għassa.

10.58am: Jixgħed Dr Robert Pattinaud. Jgħid li kien is-7 ta’ Lulju fejn kien qed jaħdem matul il-lejl u spjega li fis-1:30am il-Pulizija ħadet lill-akkużat għandu. Spjega li kkura lir-raġel. Qal li ra ukoll tliet uffiċjali tal-Pulizija li wkoll kienu feruti ħafif. It-tabib ippreżenta ċ-ċertifikati tal-Pulizija u tal-akkużat quddiem il-Qorti.

10.57am: Id-difiża tiddikjara li tħalli l-prosekuzzjoni tippreżenta mill-ġdid id-dokumenti li kienu ġew ippreżentati fis-7 ta’ Lulju li għadda u taqbel li dawn id-dokumenti għandhom jiffurmaw parti mis-smiegħ.

10.52am: L-akkużat jgħid li ma għandux indirizz fiss ta’ residenza f’Malta. Jgħid li jaħdem xogħlijiet bħal bartender, żebgħa. Jgħid li qabel l-inċident ma’ kellux xogħol. L-akkużat iwieġeb mhux ħati tal-akkużi l-ġodda miġjuba kontrih.

10.46am: Fil-Qorti jingħad kif Hugo Chetchuti kien tilef ħajtu mill-ewwel smiegħ tal-kawża. Għaldaqstant l-Ispettur Trevor Micallef talab lill-Qorti sabiex tippermetti li jibdel il-lista tal-akkużi ma’ waħda ġdida. Il-Maġistrat taċċetta t-talba. L-akkużat jiddikjara li ġie notifikat waqt is-seduta bl-akkużi ġodda miġjuba kontrih.

10.42am: L-akkużat jasal fl-awla imdawwar b’uffiċjali.

10.22am: L-akkużat jasal il-Qorti b’għadd kbir ta’ uffiċjali mill-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin jistennew barra mill-awla.

Illum kompla s-smiegħ tal-kawża tar-raġel li qed jiġi akkużat bil-qtil tal-intrapreditur Hugo Chetcuti f’Paceville.

Chetcuti, intraprenditur lokali magħruf l-aktar fid-dinja tad-divertiment, spiċċa vittma ta’ daqqa ta’ sikkina fis-6 ta’ Lulju tard filgħaxija, huwa għamel xi jiem jissielet għal ħajtu u tilef il-battalja fil-11 ta’ Lulju.

Bojan Cmelik ta’ 35 sena mis-Serbja issa qed jiġi akkużat bil-qtil, kif ukoll li attakka jew ħebb fuq forzi tal-ordni, li ma obdiex l-ordnijiet mgħotijja lilu u li kellhu arma bil-ponta. L-akkużat qed jitressaq quddiem il-Maġistrat Marseann Farrugia.