Follow Up: Tkompli l-istorja ta’ Joseph li “laqqat” l-HIV

Il-bieraħ fil-programm Follow Up fuq RTK 103FM tkellimna ma' persuna li għandu l-HIV. Dan jirrakonta kif, skont hu, ingħata l-HIV apposta waqt relazzjoni ta' one-night-stand. Illum se nsegwu t-tieni parti tal-intervista' fejn Joseph* jgħid li meta jkollok l-HIV anke sempliċi riħ jaħdem kontrik. Hu jitkellem ukoll dwar kemm hi kiefra s-solitudni li wieħed ma jistax jitkellem li jkollu din il-marda għax ikun iġġudikat u mwarrab.
Aktar kmieni fil-programm se niddiskutu diversi suġġetti oħra, fosthom il-Festival taċ-Ċitru fil-Palazz ta' San Anton nhar il-Ħadd li ġej. Ma' Prof Charles Briffa, se nfakkru wkoll il-100 sena mit-twelid ta' JJ Cremona. 
Fl-aħħar parti, se nitkellmu ma' Osmar Baldacchino, wieħed mill-4 kandidati ġodda għas-saċerdozju, fejn se nistaqsuh: X'tinvolvi t-triq għas-saċerdozju?
Segwi l-programm hawn: