Il-Pulizija ma investigatx il-Panama Papers minkejja li setgħet – Supretendent

Read in English.

Is-Supretendent Antonvich Muscat u s-Supretendent Ray Aquilina llum xhedu quddiem il-Bord tal-Inkjesta fl-inkjesta pubblika tal-assassinju ta’ Daphne Caruana Galizia llum.

L-eks Spettur tal-Pulizija u investigatur tal-FIAU Jonathan Ferris li xehed ix-xahar li għadda qal li t-Taqsima tar-Reati Kriminali Ekonomiċi ma aġixxietx fuq allegazzjonijiet ta’ korruzzjoni finanzjarja.

Xi spikka mis-seduta tal-lum?

  • “Teknikament il-Pulizija setgħet tinvestiga l-Panama Papers, imma ma sarx hekk” – Supretendent
  • Malta baqgħet mingħajr risposti mingħand l-awtoritajiet tad-Dubaj
  • Supretendent jgħid li sal-lum m’għandux evidenza li turi li xi ħadd għamel xi reat
  • Saru tliet rapporti: Fuq Keith Schembri, Brian Tonna, u Adrian Hillman, wieħed fuq Schembri u Hillman, u rapport globali
17:02 Is-seduta tal-lum tintemm hawn. Il-każ ikompli nhar l-Erbgħa fis-2pm. Grazzi talli segwejtuna.
Christoph Schwaiger
17:02 Comodini Cachia tipprotesta kontra l-inklużjoni ta’ Dr Victoria Buttigieg fl-inkjesta. Tgħid li l-preżenza ta’ Buttigieg fl-awla jkollha chilling effect fuq min ikun se jixhed.
Christoph Schwaiger
17:01 Tintemm ix-xhieda ta’ Muscat.
Christoph Schwaiger
17:00 Muscat jgħid li ma kellux is-software neċessarju biex jirrevedi bank statements. Jgħid li kellu jaqra kull ittra b’dokumenti kbar manwalment mingħajr għajnuna.
Muscat jgħid li għalihom kienet priorità li jiskopru min kien wara 17 Black u jekk sarux trasferimenti ta’ flus.
Ix-xhud jgħid li qatt ma’ ltaqa’ jew tkellem ma’ Keith Schembri u Yorgen Fenech.
Christoph Schwaiger
16:58 Azzopardi jirreferi għal dokumenti li ġew elevati mid-dar u mill-uffiċċju ta’ Fenech b’rabta ma’ 17 Black.
Mistoqsi dwar MacBridge, Muscat jgħid li qatt ma sabu informazzjoni dwar il-kumpanija ħlief li ssemmiet fil-Panama Papers.
Christoph Schwaiger
16:57 Muscat jgħid li ma kienx hemm disclosure mill-ġurisdizzjonijiet barranin.

Azzopardi jgħid li f’ġurisdizzjonijiet oħra l-Panama Papers wasslu għal arresti. Jistaqsi jekk ifissirx li mhu se jitressaq ħadd il-Qorti jekk id-Dubaj tkompli tinjora t-talbiet tagħhom.
Muscat jgħid li jaħseb li eventwalment id-Dubaj se tikkoopera.
Christoph Schwaiger
16:54 Azzopardi jistaqsi dwar rapport tal-FIAU dwar 17 Black. PEP kellu jirċievi somma kbira ta’ flus. Kien hemm attentat ta’ ftuħ ta’ kont ta’ bank – 8 banek f’5 ġurisdizzjonijiet irrifjutaw. Jgħid li l-oriġini tal-flus kienu jammontaw għal skużi li ma setgħux jitwemmnu.
Azzopardi jgħid li l-ECU ressaq nies il-Qorti li kienu serqu €40,000 minn ristorant. Jistaqsi kif lanqas bagħtu għal Konrad Mizzi u Keith Schembri biex jispjegaw ruħhom.
Muscat jgħid li d-differenza kienet li ma kienx hemm trasferiment tal-flus.
“Allura?” staqsa Azzopardi b’referenza għal-liġijiet li jgħidu li f’każijiet bħal dawn, attentat huwa l-istess bħal li kieku seħħ ir-reat.
Christoph Schwaiger
16:50 Muscat jgħid li kien hemm ġurisdizzjonijiet ewlenin li ma kinux qed jikkooperaw mal-awtoritajiet Maltin. Jipponta lejn id-Dubaj. Jgħid li l-Ministeru għall-Ġustizzja rċieva envelope magħluq li kien intbagħat mill-awtoritajiet Maltin. Żjara lejn id-Dubaj biex tiġi diskussa l-materja ġiet ikkanċellata mid-Dubaj fl-aħħar minuta.
Christoph Schwaiger
16:47 Dr Comodini Cachia tistaqsi dwar il-proċedura tal-pulizija għal meta jiġu biex iressqu lil xi ħadd il-Qorti.
Muscat jgħid li jressaq lil xi ħadd il-qorti meta moralment ikun konvint li l-persuna se tinstab ħatja.
Jgħid li kien hemm uffiċjali oħra li għażlu li jressqu lil xi ħadd il-Qorti u li n-nies spiċċaw inħelsu.
Comodini Cachia: Wieħed iressaq lil xi ħadd il-Qorti għax ikun konvint li se jirbaħ il-każ?
Muscat: Ma nistax inwieġeb
Christoph Schwaiger
16:42 Muscat jgħid li fil-każ ta’ Brian Tonna u Willerbz, ma kienx hemm biżżejjed evidenza biex xi ħadd jittella’ l-Qorti. Qal li Tonna għadda €100,000 lil Keith Schembri f’żewġ pagamenti ta’ €50,000. Ma kienx hemm biżżejjed evidenza li kien hemm tixħim lejn Schembri biex żewġ Russi jingħataw passaport.
Azzopardi jistaqsi jekk jitqajjimx tħassib meta Chief of Staff ta’ PM jirċievi somma ta’ sitt figure.
“Iva imma kien parti minn loan,” jispjega Muscat.
Azzopardi jgħid li l-Kodiċi tal-Etika tgħid li awditur m’għandux isellef flus lil klijent speċjalment f’pożizzjoni hekk. Jistaqsi jekk dan ma jixgħelx bozoz ħomor.
“Iva, imma ma kienx hemm biżżejjed evidenza,” jgħid Muscat.
Christoph Schwaiger
16:28 Azzopardi jistaqsi dwar id-differenza bejn Operation Green u Operation Green Power.
Operation Green kienet ir-rapport ta’ Manfred Galdes. Il-file għandu r-rapport tal-FIAU ta’ Galdes.

Operation Green Power huwa rapport tal-FIAU dwar Konrad Mizzi, Keith Schembri, u 17 Black. Spjega li dan itratta l-informazzjoni li kienet inġabret. Ir-rapport tal-FIAU issa huwa parti mill-inkjesta maġisterjali.
Christoph Schwaiger
16:23 Muscat jgħid li ħadd ma qallu jinvestiga l-Panama Papers.
Christoph Schwaiger
16:21 Mistoqsi dwar 17 Black, jgħid li kien hemm persuni lokali li kellhom strutturi u kontijiet bankarji f’ġurisdizzjonijiet barranin. Jgħid li l-persuni prinċipali huma Konrad Mizzi u Keith Scembri.
“Qed nitkellmu dwar attentat ta’ ħasil ta’ flus?” staqsa l-eks Prim Imħallef Said Pullicino.
Jgħid li kien hemm nuqqas ta’ informazzjoni.

Muscat jgħid li wara l-Panama Papers, l-FIAU ħarġet rapport.

“Teknikament il-Pulizija setgħet tinvestiga l-Panama Papers, imma ma sarx hekk. Ma rċivejtx struzzjonijiet,” wieġeb Muscat meta kien mistoqsi mill-bord dwar jekk il-pulizija għamlitx investigazzjoni parallel ma’ dik tal-FIAU.
Christoph Schwaiger
16:08 Mistoqsi dwar 17 Black, jgħid li ltaqa’ ma’ Abdilla u Aquilina.
Saru talbiet permezz tal-Europol u l-Interpol. Daħlu ftit risposti biss għax l-informazzjoni kienet dwar informazzjoni bankarja u informazzjona privata. Kien hemm min talab għal ittri rogalatorji.
Christoph Schwaiger
16:04 Il-bord jistaqsi dwar “Operation Green”. Muscat jgħid li sema b’Operation Green reċentament u li dan kien dwar l-ewwel file.

Għall-ewwel ħaseb li Operation Green kienet Operation Green Power, però ġie kjarifikat li dan l-aħħar isem kien dwar rapport ieħor.
Christoph Schwaiger
16:00 Wara pawża qasira jibda jixhed is-Supretendent Antonvich Muscat.

Ir-rapport dwar Willerby, Brian Tonna, u Schembri rċevih f’Lulju tal-2016. Jispjega li ġie ordnat jaqra r-rapport. Muscat, Abdilla, u Aquilina ddiskutew ir-rapport u dwar it-triq ‘il quddiem.


Jiftakar li bagħat ittri lil Pilatus Bank u lil Identity Malta fost l-oħrajn.

Muscat jispjega li kien hemm laqgħa mal-FIAU. Kien hemm Alfred Zammit, Ian Abdilla, Manfred Galdes, u hu.

Jgħid li kien hemm kwistjonijiet li tqajmu wara l-Panama Papers. L-investigazzjoni nqasmet fi tliet partijiet peress li l-informazzjoni kienet għadha dieħla.


Jgħid li qatt ma ra l-file li rċieva l-eks Kummissarju tal-Pulizija Michael Cassar.

Muscat jgħid lill-Bord li kien irċieva biss rapport analitiku li kien jgħid li dan mhux normali peress li f’każijiet bħal dawn ir-rapport jasal f’file.
Christoph Schwaiger
15:51 Aquilina jgħid li hemm xi file għand l-Assistant Kummissarju Ian Abdilla. Jgħid li ma rċeviehx u li ma ngħatax struzzjonijiet dwaru.

Azzopardi jistaqsi jekk hux normali li jkun hemm tant restrizzjonijiet.

Aquilina jgħid li huwa eċċezzjoni li wieħed ikun ristretto u li jingħata direttivi speċifiċi dwar file partikolari. Iżied jgħid li forsi kien qed iħares lejn l-istampa l-kbira.

Azzopardi jistaqsi jekk kinux kelmuh Yorgen Fenech u Keith Schembri.
Aquilina jgħid li darba wassal notifika lil Yorgen Fenech biex jixhed fl-inkjesta pubblika. Qatt ma kien tkellem ma’ Schembri.
Christoph Schwaiger
15:47 Aqulina jiġi mistoqsi dwar l-ammont ta’ ħaddiema fl-Economic Crimes Unit. Jgħid li kien hemm punt fejn kien waħdu.
Jgħid li r-riżorsi huma skarsi fl-ECU u li hemm backlog qawwi. Kien hemm xahar li fih l-iskwadra ta’ kontra l-ħasil tal-flus kienet magħmula minn sitt uffiċjali.
Sa mill-2018, l-iskwadra mmexxija minn Aquilina hi magħmula minn erba’ spetturi tal-pulizija u żewġ analisti finanzjarji.
“Qed nantiċipaw ir-riżultati tal-MONEYVAL.”
Christoph Schwaiger
15:39 Sar rapport analitiku mill-FIAU dwar storja li kitbet Daphne Caruana Galizia dwar Adrian Delia li allegatament daħħal il-flus mill-prostituzzjoni fir-Renju Unit permezz ta’ bank fl-Ingilterra. L-investigazzjoni għadha għaddejja.
Azzopardi jistaqsi għalfejn ma kienx inkluż ukoll Chris Cardona f’din l-investigazzjoni peress li Caruana Galizia kitbet dwarha. Wieġeb li ma kienx involut fil-każ.
Is-Supretendent jgħid li sa fejn jaf hu mhemmx inkjesta maġisterjali dwar dan.
Christoph Schwaiger
15:36 Aquilina jgħid li xi investigazzjonijiet kienu bbażati fuq xogħol Daphne Caruana Galizia
Christoph Schwaiger
15:31 Azzopardi jistaqsi dwar xogħol Daphne Caruana Galizia fuq ħasil ta’ flus u tixħim u jekk kienx relevanti għax-xogħol tagħhom.
Aquilina jgħid li kien hemm investigazzjoni dwar persuna partikolari u li kien hemm allegazzjoni ta’ ħasil ta’ flus.
Ix-xhud investiga l-każ flimkien ma’ uffiċjal ieħor f’Ġunju tal-2016. L-investigazzjoni tlestiet f’Settembru 2016. Spjega li filwaqt li kien hemm biżżejjed biex tittieħed azzjoni, wieħed ma setax minħabba l-preskrizzjoni.
Mistoqsi dwar xogħol Caruana Galizia, Aquilina jgħid li kienet korretta fis-sustanza ta’ dak li kienet kitbet dwar dan imma li kien hemm problema bil-preskrizzjoni.
Christoph Schwaiger
15:25 F’Jannar u Frar, ix-xhud qal li ntbgħatu l-ittri rogatorji lejn il-Latvja u d-Dubaj (UAE). Spjega li l-Latvja kkooperat filwaqt li l-awtoritajiet tad-Dubaj għadhom ma weġbux id-domandi.
Aquilina rrefera għal rivelazzjonijiet fil-midja li qalu li 17 Black setgħet bidlet isimha u li kien hemm żewġ kontijiet tal-bank.
Aquilina kien inkarigat li jħejji l-ittra rogatorji. Qal li kienu qed jemendaw l-ittri li ntbgħatu lejn id-Dubaj – numru ta’ kont minnhom kellu numru nieqes.
Dr Azzopardi jistaqsi dwar il-protokoll meta l-FIAU tirrapporta suspett ta’ ħasil ta’ flus.
Ir-rapport jirċevih il-liaison officer – f’dan il-każ Ian Abdilla. Dan imbagħad jiftaħ police file u jiġi indexed. Imbgħad jiġi assenjat għand spettur. Aquilina mbagħad jieħu nota ta’ min ikun qed jieħu ħsieb file partikolari.
Aquilina jgħid li kien hemm każijiet li fihom ma ngħatax files. Qal li sar jaf b’dan reċentament.
Christoph Schwaiger
15:13 Aquilina jikkonferma li kienet l-MFSP li kienet l-istituzzjoni finanzjarja li ntalab tikkjarifika xi ħaġa.
F’Lulju 2016 irċieva r-rapport dwar Keith Schembri, Brian Tonna, u Willerby Inc., li qrah u għaddieh lis-superjuri tiegħu. Ir-rapport irċevih mingħajr file.
Azzopardi staqsa jekk intbgħatx file dwar 17 Black lil Abdilla f’Novembru tal-2018. Aqulina jispjega li r-rapport dwar 17 Black spiċċa għand is-superjuri tiegħu u mar fuq perjodu ta’ leave twil.
Aquilina jgħid li kellu jiġbor il-file mingħand Abdilla biex jaġġornah dwar il-proċediment tal-inkjesta maġisterjali. Iddokumenta min intalab jixhed. Il-file mbagħad reġa’ tah lis-superjuri tiegħu fit-2 ta’ Diċembru 2019 qabel ma siefer.
Christoph Schwaiger
15:08 Jistaqsu lil Aquilina jispjega x’rabta hemm bejn Konrad Mizzi, Keith Schembri, u 17 Black skont ir-rapport.
Jgħid li r-rapport huwa time frame. Jispjega li r-rapport kien fih informazzjoni dwar safar, użu ta’ karti ta’ kreditu, u transfers.
L-Imħallef Abigail Lofaro tistaqsi jekk għandhomx biżżejjed evidenza biex itellgħu lil xi ħadd il-Qorti.
Aquilina jgħid li sal-lum m’għandux evidenza li turi li xi ħadd għamel xi reat.
Christoph Schwaiger
15:04 Dr Comodini Cachia tistaqsi lix-xhued jikkjarifika jekk ir-rapport globali kienx dwar 17 Black biss jew jekk kienx dwar Schembri, Tonna, u oħrajn wara li ta l-istess data għall-file globali u r-rapport dwar 17 Black.

Jispjega dwar it-tliet rapporti. Ir-rapport analitiku tat-2 ta’ Novembru 2016 kien dwar Hillman.
“Isem Keith Schembri baqa’ jissemma anke fir-rapport finali,” jgħid ix-xhud. Aquilina jgħid li hemm persuni oħra ta’ interess.
Christoph Schwaiger
15:01 Azzopardi jistaqsi lix-xhud dwar il-file globali. Jgħid li dan wasal għand ix-xhud f’Marzu tal-2018.
Azzopardi jistaqsih jekk is-superjuri tiegħu kinux kelmuh dwar il-file globali. Aquilina jgħid li l-investigazzjoni għadha għaddejja. Jgħid li tkellmu dwarha tliet xhur ilu.
Christoph Schwaiger
14:59 L-avukat Jason Azzopardi jirreferi għal dak li qal qabel li “sal-lum ħadd ma kellmu.” Dan dwar rapport fuq Keith Schembri.
Ir-rapport analitiku tal-FIAU wasal għand l-Economic Crimes Unit fit-2 ta’ Novembru 2016. Dr Azzopardi jistaqsi jekk is-superjuri tiegħu kinux kelmuh wara dakinhar. Ix-xhud jgħid li le.
Christoph Schwaiger
14:56 Aquilina qed isegwi l-inkjesta maġisterjali tal-Maġistrat Natasha Galea Sciberras fuq Keith Schembri u l-allegat tixħim.
Christoph Schwaiger
14:55 Aquilina qal li ħadem fuq ir-rapport ta’ Schembri u Hillman u li dan għaddieh lis-superjuri tiegħu. Qal li ma jafx jekk itteħditx azzjoni dwaru.
“Talab għalihom? Kien hemm biżżejjed biex issejhu lill-persuni t’interess?” tistaqsi Abigail Lofaro.
“Ma nafx,” jgħid Aquilina.
Ix-xhud jgħid li ntbgħatu aktar ittri regoratorji lil ġurisdizzjonijiet oħra. Qal li hemm inkjesta għaddejja li tinsab fi stadju avvanzat. L-aħħar seduta kienet f’Jannar.
Christoph Schwaiger
14:52 Mistoqsi dwar it-triq ‘il quddiem Aquilina jgħid li ddeċidew jużaw il-“police channels” disponibbli għall-Korp. B’hekk il-Pulizija talbet aktar informazzjoni minn ġurisdizzjonijiet barranin. Il-Pulizija talbet parir mill-avukat fl-uffiċċju tal-Avukat Ġenerali Elaine Mercieca Rizzo.
L-ittri rogatorji tħejjew u ġew sottomessi fl-inkjesta, spjega Aquilina. Dan sar biex jekk fil-futur joħroġ li jkun sar xi reat, dan jippreżerva l-evidenza.
Christoph Schwaiger
14:41 Jirreferi għall-inkjesta maġisterjali. Abigail Lofaro tgħid li inkjesta maġisterjali tostakola investigazzjonijiet tal-pulizija.
“Intlabt nattendi laqgħa fl-FIAU ma’ Abdilla u Antonvich Muscat fit-3 ta’ Mejju,” jgħid Aquilina. Jispjega li l-Pulizija sejħet laqgħa mal-FIAU biex tara fuq xiex qed taħdem l-FIAU. L-analiżi kienet pendent imma din tat idea li r-rapporti kienu se jinqasmu fi tlieta: Waħda fuq Keith Schembri, Brian Tonna, u Willerby, oħra fuq Schembri u Hillman, u rapport globali.

Ir-rapport intlaqa’ mit-28 ta’ Marzu 2018. Ir-rapport kien jittratta wkoll dwar 17 Black.

Aquilina jgħid li qara r-rapport u għaddih lil Antonvich Muscat biex jiddiskuti t-triq ‘il quddiem.
Christoph Schwaiger
14:34 Fl-ittri li ġew sottomessi lill-istituzzjonijiet finanzjarji, Aquilina staqsa għall-informazzjoni kollha li kellhom dwar persuni ta’ interess. Qal li kien hemm erba’ kaxex b’informazzjoni. F’każ wieħed talab istituzzjoni minnhom tikkjarifika.
Aquilina jgħid li ħadem fuq il-file sal-20 ta’ Jannar 2018. Qal li ma sema xejn dwar il-file mbagħad. “Normalment, l-imgħallem kien jiddireġini dwar x’għandi nagħmel wara,” jgħid Aquilina.
Christoph Schwaiger
14:29 Il-bord jirreferi għal rapport li ġie mgħoddi lill-Pulizija fl-2016. Ir-rapport huwa dwar Schembri u Hillman. L-assistent kummissarju Ian Abdilla jistaqsi lix-xhud jaqra’ l-file u joħroġ ittri.
“Meta rċivejt rapport analitiku mill-FIAU, qrajtu u ħriġt l-ittra kif ġejt struzzjonat,” spjega Aquilina. Żied jgħid li meta daħlu r-risposti, fetaħ file u għadda l-informazzjoni lil Abdilla għal aktar struzzjonijiet.
“Minn dakinhar, qatt ma erġajt rajt il-file,” qal Aquilina lill-Bord.
“Ma ssuġġerixxejt xejn,” qal Aquilina fuq mistoqsija mill-Imħallef Abigail Lofaro li staqsiet jekk kienx għamel xi rakkomandazzjonijiet.
Christoph Schwaiger
14:17 Is-Supretendent Ray Aquilina se jixhed l-ewwel. Is-Supretendent Aquilina huwa parti mill-Iskwadra tal-Pulizija ta' Kontra l-Ħasil tal-Flus.
Sephora Francalanza
14:15 Il-Bord tal-Inkjesta daħal fl-awla. L-Imħallef Emeritu Michael Mallia informa lill-Bord li rċieva ittra mill-Avukat Ġenerali mingħand Dr Victoria Buttigieg (l-Avukat tal-Istat) titlob li hi tirrappreżenta l-istat fil-proċeduri.
Sephora Francalanza
14:11 Nilqgħukom għal dan ir-rappurtaġġ live minn awla 20.
Sephora Francalanza

Xi spikka fl-aħħar seduta?

  • Alfred Zammit mill-FIAU lest jgħid meta l-FIAU saret taf li Yorgen Fenech kien is-sid ta’ 17 Black, imma jitlob biex jagħmel dan fil-magħluq
  • Kont sorpriż meta Ferris qal li ma jafx għaliex tkeċċa mill-FIAU; hemm 25 raġuni – Alfred Zammit
  • “Ċajta”, hekk iddeskriviet ix-xhieda ta’ Zammit, il-whistleblower Maria Efimova
  • Marianne Scicluna, uffiċjal tal-MFSA tgħid li l-MFSA kienet tuża informazzjoni mill-blogg ta’ Daphne Caruana Galizia. “Fis-sustanza l-blogg kien ikun korrett”
  • Scicluna stqarret li wieħed mill-ispetturi għażel li jirriżenja minflok jinvestiga lill-Bank Pilatus

Il-Bord hu mmexxi mill-Imħallef Emeritu Michael Mallia, u l-membri l-oħra huma l-Prim Imħallef Joseph Said Pullicino u l-Imħallef Abigail Lofaro.

L-avukati Jason Azzopardi, Therese Comodini Cachia, Andrew Borg Cardona u Peter Caruana Galizia qed jidhru għall-familja Caruana Galizia.