Filmat: ‘Il-messaġġ tal-PN se jkun li jista’ jagħmel differenza’ – Delia

20:00 Delia qal li l-messaġġ tal-PN matul il-kampanja se jkun li jista’ jagħmel differenza. Delia qal li f’Mejju l-poplu Malti mhux se jkun jista’ jbiddel il-Gvern imma jista’ jbiddel id-direzzjoni tiegħu u jiġġieled l-arroganza tiegħu.

19:57 Delia qal li d-demokrazija f’Malta tinsab taħt “theddida”. Tkellem dwar in-nuqqasijiet fis-saħħa mentali f’Malta, dwar il-qerda tal-ambjent, dwar it-trasport, id-densità tal-popolazzjoni, u dwar ix-xogħol.

19:52 Il-Kap tal-PN Adrian Delia rringrazzja lill-kandidati għas-“sagrifiċċju personali” li qed jagħmlu.

19:49 Puli qal li ċ-ċirkostanzi għall-PN fl-elezzjoni se jkunu “iebsin ħafna”.

19:46 Puli qal li l-iżgħar kandidat tal-PN għandu 16-il sena. Se jkun hemm total ta’ 295 kandidati għall-PN.

19:44 Is-Segretarju Ġenerali tal-PN Clyde Puli qal li l-PN mhux se jkun qed jibża’ jitkellem dwar il-korruzzjoni. Qal li l-partit irid jikkonvinċi lin-nies li huwa t-tort tal-Gvern Laburista li ħataf l-istituzzjonijiet kollha. Qal li il-PN jrid jikkonvinċi lin-nies li jista’ joħloq il-ġid mingħajr ħmieġ.

Il-Partit Nazzjonalista qal li llum se jkun qed iniedi l-kampanja elettorali tiegħu bit-tema Flimkien għal Pajjiżna bil-preżentazzjoni tal-kandidati għall-elezzjonijiet ta’ Mejju li ġej.