Filmat: Mewt oħra bil-Covid-19; 17 fl-ITU

COVID-19 - Media Briefing - 04-12-2020

COVID-19 - Media Briefing - 04-12-2020

Posted by saħħa on Friday, December 4, 2020

Read in English.

Is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika, Prof. Charmaine Gauci ħabbret mewt oħra bil-Covid-19.

Fil-konferenza tal-aħbarijiet li tagħti kull nhar ta’ Ġimgħa, Prof. Gauci tat ukoll id-dettalji ta’ din il-vittma, li huwa anzjan ta’ 82 sena li miet ilbieraħ filgħaxija f’San Vinċenz de Paule. L-anzjan irriżulta pożittiv għall-Covid-19 fil-21 ta’ Novembru.

Xi spikka mill-konferenza?

  • Raġel ieħor imut bil-coronavirus, kien residenti f’San Vinċenz de Paul;
  • 17-il persuna jinsabu f’kura intensiva fl-Isptar Mater Dei;
  • F’Għawdex hemm 68 każ attiv, tliet persuni qed jieħdu l-kura fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex;
  • L-età medja tal-każijiet pożittivi dil-ġimgħa kienet ta’ 45 sena;
  • Bejn 27 ta’ Novembru u 4 ta’ Diċembru sal-ħin tal-konferenza 17-il persuna tilfu ħajjithom minħabba l-coronavirus;
  • “Fi żmien il-festi ċċelebra mal-persuni li toqgħod magħhom,” Prof. Gauci appellat lill-pubbliku.

Intant fl-aħħar 24 siegħa ġew irreġistrati 123 każ ġdid ta’ coronavirus.

Waqt il-konferenza tal-aħbarijiet ħareġ li hemm 17-il persuna f’kura intensiva. Il-maġġoranza tal-pazjenti jinsabu rikoverati fi djarhom, filwaqt li hemm oħrajn fl-isptarijiet. Prof. Gauci spjegat li hemm 11-il persuna fl-IDU, 45 pazjent fil-wards tal-Isptar Mater Dei, 10 persuni fl-Isptar Karin Grech, 64 persuna fil-Good Samaritan Longterm Facility, tliet persuni fl-Isptar Monte Karmeli u tliet pazjenti li jirċievu l-kura fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex.

L-età medja tal-pazjenti tal-covid-19 hija ta’ 45, imma Prof. Gauci wissiet li hemm żieda fil-każi qalb anzjani bejn il-85 u 94 sena.