Follow Up: Fr Maximillian Grech minn Għawdex għall-Iran

Waqt il-programm Follow Up fuq RTK 103FM, se nitkellmu ma' Charles Miceli mill-Alleanza Kontra L-Faqar u nistaqsu: huwa sanitarju u legali li persuna tgħix u torqod f'garaxx? Tagħmel sens din it-tip ta' kirja għal post fejn tgħix persuna, jew tista' persuna tħallas loan b'dak l-ammont u jkollha saqaf diċenti? 
Wara, nsewgu intervista mal-kartunista Dr Ġorġ Mallia fejn se nitkellmu dwar il-fatt li għaddew tliet snin mill-attakk fuq Charlie Hebdo. X'inbidel minn dakinhar?
Fit-tieni parti tal-programm, Fr Joe Borg jintervista lil Fr Maximillian Grech, saċerdot Għawdxi li ftit xhur ilu nħatar bħala rappreżentant diplomatiku għall-Iran mill-Vatikan. X'tagħmel inti kieku mill-gżira paċifika ta' Għawdex jibagħtuk l-Iran?
Segwi live hawn: