Filmat: Budget 2018 minuta b’minuta

Il-Ministru tal-Finanzi Edward Scicluna ħabbar il-miżuri tal-Baġit 2018 bit-tema Inlestu għall-Futur. 

20:35: Għeluq
Id-diskors tal-Baġit ta’ din is-sena kien ħafna iqsar minn dak li mdorrijin bih. Il-Ministru ikkonkluda b'dan id-diskors: 
“Inħossuna kburin li llum f’pajjiżna għandna sitwazzjoni fejn ix-xogħol qiegħed jiġri wara l-ħaddiem u mhux il-ħaddiema jiġru wara x-xogħol.”
Il-Ministru jfaħħar il-ħidma tal-Gvern fl-aħħar snin u jgħid li naqas il-faqar, żdiedu l-pagi u naqas ix-xogħol prekarju. “In-nies qed jgħixu ħajja aħjar.”
Il-Professur Scicluna jgħid li minn dan il-Baġit il-Gvern qiegħed jitfa’ ħarstu iżjed fit-tul u jistudja l-isfidi l-ġodda li qed jinħolqu, fost dawn semma il-konġestjoni fit-toroq, iż-żieda fl-iskart u sfidi għall-ambjent.
“Pajjiżna llum…huwa ferm aħjar milli sibnih fl-2013.”
Il-Ministru Scicluna temm id-diskors tiegħu jisħaq li s-soluzzjonjiet mhumiex ta’ baġit wieħed u għalhekk, illum qabel għada, il-pajjiż irid jieħu deċiżjonijiet “iebsa kemm huma iebsa.”
20:33 Se jiġu investiti €100,000 biex il-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali jitgħammar biex jilqa’ għal sfidi ġodda.
20:32 Se jibdew konsultazzjonijiet dwar riformi differenti fosthom:

  • il-kannabis għal raġunijiet mediċi
  • id-dibattitu fuqn it-traffikar uman
  • ir-riforma Parlamentari
  • kwoti tan-nisa
  • l-estensjoni tal-Vot 16

20:32 Se tiġi ppubblikata strateġija nazzjonali għall-qasam tal-volontarjat
20:32: Se tiġi approvata strateġija dwar il-vjolenza kontra n-nisa u vjolenzi abbażi tal-ġeneru.
20:31 Se tgħaddi liġi ġdida li tagħti aktar saħħa lill-Kummissjoni dwar il-Vjolenza Domestika.
20:31: Se tiġi stabbilita l-ewwel strateġija u pjan t’azzjoni għall-integrazzjoni tal-immigranti f’Malta.
20:31 Se tiġi asfaltata t-triq tal-Imtaħleb li tintuża għat-tlielaq tal-karozzi.
20:30 Se jinbnew grawnd tal-futbol u pixxina f’Wied il-Għajn.
20:30 Se tibda l-ewwel fażi tal-indoor swimming pool fil-Kottonera.
20:30 Se tinbena shooting range ġdida biex tintuża għall-kampjonat internazzjonali li se tospita Malta s-sena d-dieħla.
20:29 Se titwaqqaf Kummissjoni għall-Kummerċjalizzazzjoni tal-Faċiltajiet Sportivi biex jiġu megħjuna għaqdiet sportivi meta jkunu qed jikkummerċjalizzaw il-faċiltajiet tagħhom.
20:29 Jibdew il-preparamenti għal parkeġġ taħt l-art f’Mater Dei.
20:28 Karin Grech se jsir ċentru modern għall-ġerjatrija.
20:27: L-Isptar San Luqa se jinbidel fi sptar ġdid għar-rijabilitazzjoni u ċentru tal-ortopedika, il-prostetika u d-dermatoloġija.
20:27: Se jsir investiment f’Ċentru tas-Saħħa Primarja u fi proġett ta’ Ċentru għar-Riċerka Medika.
20:27: Sptar ġdid f’Għawdex bi ftehim bejn il-Gvern u l-Vitals Global Healthcare li se joffri servizzi tas-saħħa b’xejn.
20:26: Se tissaħħaħ il-liġi dwar l-IVF b’xejn lill-familji sabiex is-servizz jiġi estiż u mwessa’.
20:26: Se tiġi introdotta t-tilqima kontra l-pneumococcus fil-Programm Nazzjonali tat-Tilqim.
20:26: Se jiġi varat programm tat-trattament tal-Epatite Ċ.
20:25: It-trattament tal-HIV se jiġi aġġornat.
20:25: Il-programm tal-istikek taz-zokkor u l-apparat tal-insulina se jiġi estiż.
20:24: Se tibda l-ħidma biex tinħoloq il-Fondazzjoni Nazzjonali ta’ Riċerka fuq il-Kanċer.
20:24: Se jintesifikaw xogħlijiet fuq ċentri tas-saħħa eżistenti bħal dak tal-Gżira.
20:24: Is-sena d-dieħla se jinbnew 2 ċentri ġodda tas-saħħa f’Raħal Ġdid u Ħal Kirkop.
20:23: Se titnieda l-iskema Get Into li tkompli mal-iskema tal-Prince’s Trust XL Programme sabiex żgħażagħ jiksbu esperjenza fuq il-post tax-xogħol waqt li jkomplu jistudjaw.
20:22: Jinfetħu aktar ċentri ta’ Klabb 3-16.
20:20: Dawk li ma jkunux għalqu l-40 sena mhux se jħallsu taxxa fuq id-dħul sa massimu ta’ sentejn jekk jagħmlu kors post-graduate f’livell ta’ MQF 7 u 8, jiġifieri fil-Maġisteru u fid-Dottorat.
Għall-Maġisteru l-iskema se tkun sa sena u għad-Dottorat sa sentejn fuq dħul sa massimu ta’ €60,000.
Lil dawn tingħata kreditu ta’ taxxa jekk jibqgħu jaħdmu mill-inqas tliet snin f’Malta.
20:19: Se tintuża s-sistema tal-blockchain biex ikun hemm aktar aċċessibiltà fiċ-ċertifikati tal-MCAST, l-NCFHE u l-ITS.
20:17: Tablet għal kull tifel u tifla fir-raba’ u l-ħames sena tal-primarja fl-iskejjel tal-Istat, tal-Knisja u tal-Indipendenti.

20:16: Se jitnieda l-proġett My Journey: Achieving through different paths biex isir investiment f’laboratorji u workshops ġodda f’tal-inqas  suġġetti vokazzjonali.
20:16: Se jinbnew 4 skejjel ġodda f’Wied il-Għajn, l-Imsida, il-Qawra u r-Rabat Għawdex.
20:15: Il-ħlas għall-eżamijiet tas-SEC u l-MATSEC se jibdew jitħallsu nofshom mill-Gvern is-sena d-dieħla. Mis-sena ta’ wara l-ħlas jibda jieħdu kollu l-Gvern.
20:14: Se jsiru Kulleġġi tal-Istat mgħammra bi kmamar multi sensorjali.
20:14: Se jingħata taħriġ f’servizzi psikosoċjali lil-Learning Support Assistants, għalliema u staff.
20:13: Proġett pilota b’servizzi ġodda fil-qasam tal-awtiżmu.
20:12: Se jitwaqqaf Bord Nazzjonali tal-Edukazzjoni Obbligatorja b’funzjoni konsultattiva u b’rappreżentanza mill-iskejjel tal-Istat, tal-Knisja u tal-Indipendenti, l-MUT, il-Kunsill tal-Professjoni tal-Għalliema, tal-ġenituri u tal-industrija.
20:11: Se jitqabbel ftehim settorjali ġdid mal-Unjin Maltija tal-Għalliema biex jibbenefikaw minnu l-għalliema
20:10: Faċilitajiet korrettivi aktar umani:

  • Implimentazzjoni tal-Strateġija Nazzjonali dwar il-kriminalita’
  • Se jitwaqqaf tim multi dixxiplinarju biex tinghata għajnuna psikoloġika, soċjali u edukattiva lill-priġunieri.
  • Titjib f’żewġ diviżżjonijiet fil-ħabż ta’ Kordin

20:10: Sigurtà tal-Pajjiż:

  • Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili se jżid il-flotta ta’ vetturi għat-tifi tan-nar, b’vetturi għal high rise buildings.
  • Se jinbena stazzjon ġdid tat-tifi tan-nar f’Santa Venera.
  • Il-karozzi tal-pulizija se jkunu mmodernizzati iktar.
  • Se tinbena għassa ġdida (ma ntqalx fejn s’isssa); titjieb l-infrastruttura tas-sezzjonijiet tal-forensika u tas-cyber crime.
  • Il-Forzi Armati se tixtri iktar armamenti u apparat ieħor għall-iSpecial Operations Unit, se tagħmel tiswijiet fuq il-patrol boat P62 u jkompli l-bini ta' lanċa ġdida.

20:09: Riforma fil-LESA: Se titwaqqaf kumpanija tal-Gvern li tiġbor il-Gwardjani Lokali kollha fi ħdanha.

20:09: Riforma fil-Qrati: Id-Dipartiment tal-Ġustizzja se jipprovdi statistika aġġornata u wkoll analiżi ta’ data biex jassigura fehma aktar strateġika tal-effiċjenza tas-sistema ġudizzjarja.

20:08: Formuli tas-Sigurtà Soċjali u VAT Returns Online: Min iħaddem 10 ħaddiema jew aktar se jkunu jistgħu jissottomettu l-formoli tas-Sigurtà Soċjali u l-VAT returns Online. 36,000 kumpanija se jgawdu minn din il-miżura.

20:08: Offset ta’ ħlasijiet tal-pagamenti: Il-Gvern se jaħdem bis-sistema ta’ offset bejn il-ħlasijiet li kumpanija jkollha tieħu mingħand il-Gvern ma’ ħlasijiet li kumpanija jkollha tagħti lill-Gvern

20:07: Tnaqqis fil-Burokrazija:Il-Gvern qed iwiegħed li se jnaqqas il-burokrazija bi 30% sal-aħħar tal-leġiżlatura

20:06: Dwar il-mina bejn Malta u Għawdex, il-Gvern qal li għadu qed jinvestiga u jistħarreġ il-ġeoloġija.

20:05: Se jibda x-xogħol għat-tqegħid tat-tieni fibre optic bejn iż-żewġ gżejjer.
20:04Il-Gvern se jfassal masterplans għat-tisbih holistiku tax-Xlendi u Marsalforn.

20:04: Se jsir rijorganizazzjoni tal-Yacht Marina u se jkun restawrat il-Fanal tal-Ġordan

20:03: Is-sena d-dieħla se jibda x-xogħol fuq farm sperimentali f’Għawdex b’faaċilitajiet ġodda għall-bdiewa u għas-sajjieda.

20:03: Se jiftaħ hub għar-riċerka u l-ICT fil-binjiet eżistenti tal-eks MDP u fil-qasam industrijali tax-Xewkija.
20:02: Inċentivi għall-imperendituri Għawdxin fil-qasam turistiku biex itejbu l-istabbilimenti tagħhom.

20:02: Għawdex: L-impjiegi full time f’Għawdex żdiedu b’1,481 fl-aħħar 4 snin.

20:01: Programm ta’ Ċittadinanza b’investiment: Il-Programm ta’ bejgħ ta’ ċittadinanza se jkun imġedded.
20:00: Il-Medicines Intelligence and Access Unit se taħdem iktar biex ikomplu jorħsu l-prezzijiet tal-mediċini. Fl-aħħar 4 snin raħsu 171 prodott.
20:00: Iktar taħriġ dwar kompetenzi tal-industrija fix-xjenza regolatorja u sigurtà tal-mediċinia.

20:00: Settur tal-Farmaċewtika: 25% żieda fin-numru ta’ operaturi farmaċewtiċi reġistrati mal-Awtorità tal-Mediċini.

19:59: Se jsiru bidliet fl-iskemi Microinvest u BusinessStart. L-assistenza mill-Microinvest se jogħla minn €30,000 għal €50,000 għal dawk bbażati Malta u €70,000 għal kumpaniji bbażati Għawdex u għal dawk il-kumpaniji mmexxija minn nisa. Din l-iskema se tinfetaħ ukoll għal dawk li jħaddmu sa 50 ruħ full-time.

19:59: Qed isiru 14 –il progett barrani fil-manifattura; 10 proġetti ta’ espansjoni u 55 proġett minn kumpaniji Maltin. Investiment totali ta’ EUR200 miljun u 1,500 impjieg ġdid.

19:58: Settur tal-Manifattura: Il-manifattura tikkontribwixxi 11% tal-impjiegi full-time.
19:57: Se titwaqqaf entità ġdida li tkun responsabbli mill-istudju, immaniġġjar, protezzjoni u presenvazzjoni tal-wirt kulturali ta’ taħt l-ibħra.

19:57: Il-Gvern qed jistudja kif jitjieb it-traffiku, l-aċċessibilta’, is-sinjali ta’ direzzjoni u parkeġġ madwar il-Waterfront.
19:56: Turiżmu: Pjani ta’ riġenerazzjoni għal postijiet tradizzjonalment mhux turistiċi.

19:56: Il-liġi ġdida se tkun msejsa fuq il-kunċett tal-VAT Grouping għas-setturi regolati tas-servizzi finanzjarji u tal-gaming.

19:55: Settur tal-Gaming: Fl-2018 il-Gvern se jdaħħal fis-seħħ qafas regolatorju ġdid biex jiżdiedu l-inċentivi biex jikber is-settur tal-gaming.

19:55: Il-ħsieb hu li f’Malta jkun hawn Blockchain Hub.

19:54: Se jinfetaħ sit elettroniku dwar il-blockchain u cryptocurrencies.
19:54: Il-Gvern se jinvesti fi blockchain Lab fil-MITA (Aġenzija tal-Informazzjoni) u taħriġ għall-ħaddiema taċ-ċivil dwar dan il-qasam.

19:53: Fis-servizzi finanzjarji, il-Gvern qal li jrid li jattira iktar xogħol minn barra fl-oqsma tal-ekonomija diġitali, payment services u istituzzjonijiet li joperaw fi transazzjoni ta’ flus elettroniċi.

19:52: Il-Gvern qed jistudja kif se jattira iktar kumpaniji lejn Malta fl-industrija tal-avjazzjoni u marittima.

19:51: Il-Gvern se jkompli jagħmel l-ekonomija iktar kompetittiva billi fis-servizzi finanzjarji jattira kumpaniji ta’ assigurazzjoni biex jirrilokaw lejn Malta.

19:50: Moniteraġġ teknoloġiku tas-sistemi kollha tal-akwiferu.
19:50: Se titnieda kampanja nazzjonali ta’ konservazzjoni tal-ilma
19:49: Se jiġu rrijabilitati 2 stazzjonijiet strateġiċi ta’ ppumpjar li jinsabu fil-gallariji tal-ilma f’Ta’ Kandja u f’Ta’ Bakkja.
19:48: Se jinbena impjant ġdid ta’ desalinizzazzjoni f’Ħondoq ir-Rummien.
19:47: Se jiġu kkummissjonati 2 irziezet oħra ta’ pannelli tax-xemx.
19:47: Servizzi b’xejn ta’ awditjar lill-familji biex inaqqsu l-konsum tal-enerġija.
19:46: Se jitniedu skemi għall-familji u l-industriji biex jagħrfu kif jagħmlu użu effiċjenti mill-enerġija.
19:45: Se jiġi implimentat il-Pjan Nazzjonali ta’ Effiċjenza fl-Enerġija.
19:44: Titjib tan-network ta’ vultaġġ li jforni l-Qasam Industrijali ta’ Ħal Far.
19:44: Se jiġi kkummissjonat ċentru ta’ distribuzzjoni ġdid f’Rikażli biex jipprovi l-kapaċità meħtieġa ta’ enerġija.
19:43: Se tinżera’ siġra għal kull tifel u tifla li jitwieldu.
19:42: Multi ogħla għal min b’għemilu jagħmel ħsara lill-ambjent
19:42: Depożitu fuq kontenituri tax-xorb: il-konsumatur jirċievi kumpens fuq kontenituri tal-plastik u l-ħġieġ meta jirritornahom.
19:41: Skema ta’ ġbir ta’ skart organiku u kontenituri tax-xorb: eżerċizzju li beda ma’ terz tal-lokalitajiet se jinfirex ma’ Malta u Għawdex kollha s-sena d-dieħla
19:40: Għajnuna sa €10,000 għal sidien ta’ taxis li jixtru vetturi b’aċċessibilità għas-siġġu tar-roti.
19:40: Skema ġdida għal min jaqleb il-vettura tiegħu biex taħdem bil-gass.
19:40: Karozzi Elettriċi u Ibridi: “Mhux se tinġabar il-liċenzja tat-triq għal dawn il-vetturi għal ħames snin minn meta l-vettura tkun ġiet irreġistrata għat-triq.”
19:39: Toroq mill-Belt sa San Ġiljan u mill-Mosta sal-Università se jiffaċilitaw is-sigurtà għal min jimxu jew juża r-rota. Għalhekk se jitwaħħlu CCTVs u titnaqqas il-veloċità massima f’dawn it-toroq.
19:38: Tonqos ir-rata tal-VAT fuq il-kiri tar-roti minn 18% għal 7%.
19:38: Inċentivi lil min jixtri mutur jew roti assistiti b’mutur tal-elettriku għal massimu ta’ €400. Għar-roti, minbarra l-għotja ta’ €400, se tibqa’ tiġi eżentata l-VAT.
19:38: Estiża l-iskema ta’ refund sħiħ tal-VAT fuq roti u roti elettroniċi anke għall-kumpaniji li jikru.
19:37: Studju biex ikun offrut trasport b’xejn minn u lejn l-iskejjel Indipendenti u tal-Knisja. It-tir huwa li din il-miżura tidħol fis-seħħ mis-sena skolastika li jmiss.
19:36: Trasport Pubbliku b’xejn għal min għandu bejn is-16 u l-20 sena.
19:35: Trasport Pubbliku: Se jkun estiż is-servizz tal-ferry bħalma diġà jeżisti bejn il-Belt u Tas-Sliema u l-Belt u l-Kottonera. Minkejja dan il-Ministru ma qalx minn fejn se jibda jkun offrut dan is-servizz.
19:34: Xogħlijiet fuq toroq fl-2018: Se jsir xogħol fuq madwar 160 triq residenzjali. Mini: Modernizzar tal-mini ta’ Santa Venera, Ħal Kirkop u t-Triq Reġjonali.
Xogħlijiet oħra:

  • Twessigħ ta’ triq li mill-pont tal-Mistra għall-junction ta’ Selmun
  • Twessigħ ta’ Triq Buqana, ir-Rabat inkluż il-junction fejn Wied il-Qliegħa u titjib fi Triq l-Imdina li mill-Imrieħel tagħti għal Ħ’Attard
  •  Underpass minn Vjal Santa Luċija li twassal lejn Triq tal-Barrani biex it-traffiku ma jeħilx mar-roundabout ta’ Santa Luċija.

19:33: Il-Ministru jgħid li matul din is-sena se titwaqqaf aġenzija biex taħdem id f’id ma’ Transport Malta biex tippjana, tmexxi u timplimenta l-iżvilupp u t-titjib tar-road network f’Malta.
19:32: “Diġa bdejna nippjanaw kif se ninvestu €700 miljun fuq medda ta’ seba’ snin għat-toroq”
19:31: Il-Ministru jgħid li l-Gvern irid jeduka lill-poplu biex tonqos id-dipendenza fuq il-karozza privata u jinkoraġġixi aktar il-mobilità attiva, l-użu tar-rota u l-muturi u l-użu tat-trasport pubbliku.
19:30: X’se jagħmel il-Gvern biex jonqos it-traffiku?  “Ma rridux niddeludu ruħna li l-problema tat-traffiku se tissolva biss permezz ta’ investiment f’toroq aħjar.”
19:20 Tnaqqis fit-taxxa tal-boll għal min qed jixtri t-tieni darba darbatnaqqis sa massimu ta’ €3,000 permezz ta’ refund li jitħallas b’ċekk.
19:20: L-iskema għal min jixtri l-ewwel darba se tiġi estiża.
19:20 Se tiġi ppubblikata White Paper bi proposti dwar il-qasam tal-kera.

19:19 Self soċjali biex aktar nies isiru sidien ta’ darhom: self lil 100 persuna għall-bidu, li jiżdiedu għal 300.
19:17 L-Awtorità tad-Djar se toħroġ skema ta’ assistenza finanzjarja sa €25,000 sabiex residenzi mhux użati jitranġaw għal skop ta’ akkomodazzjoni soċjali.
19:16 Għall-persuni b’diżabbiltà r-refund se tkun sa massimu ta’ €5,000.Aktar persuni jibbenefikaw mis-sussidju tal-kera: Il-wesgħa li tilqa’ fiha s-sussidju tal-kera għal min jidħol f’kuntratti legali u regolari se titwessgħa.
19:15 Postijiet tal-Gvern mikrijin għand l-anzjani: kull anzjan li kien joqgħod f’post tal-Gvern u jmur jgħix f’dar tal-anzjani u jirritorna ċ-ċwievet lill-Gvern tinqatagħlu 20% inqas mill-ppensjoni tiegħu. Flok 80% tinqata’ 60%, waqt li l-kumplament flok jinqata’ bis-60% jinqata’ bl-40%.
19:14 Il-Housing u s-suq tal-proprjetà: L-anzjani: Min għandu aktar minn 65 sena se jkollu aktar benefiċċji mis-sussidju msemmi.
L-iskema Nikru biex Nassistu se tibqa’ miftuħa s-sena d-dieħla wkoll.
19:13: Supportline 179: Matul din is-sena saru ‘l fuq minn 13,000 telefonata.
19:13: San Vinċenz de Paule:
·         Jitkompla x-xogħol fuq is-sala Rużar Briffa,
·         Riabilitazzjoni tas-sala għall-pazjenti li jbatu mid-dimensja u
·         Żvilupp mill-ġdid tal-ispiżerija.
·         Vetturi ġodda mgħammrin b’faċilità ta’ arja kundizzjonata
19:12 Bini mill-ġdid għad-dar residenzjali u ċ-Ċentru għal Matul il-Jum għall-persuni b’diżabilità bil-Qasam tal-Varjita f’Wied il-Għajn.
19:12 Tlett idjar għal adulti b’diżabilità intelletwali, inkluż dawk bl-awtiżmu u b’imġieba diffikultuża

19:11: Se jiżdied l-Allowance, għall-persuni li qed isegwu programm ta’ rijabilitazzjoni mid-droga jew ix-xorb, minn €30 għal €40.
19:11: Manteniment imħallas lill-konjuġi u lit-tfal se jitnaqqas mid-dħul oriġinali. Sa issa dan kien jitqies bħala dħul għal fini tal-means test tal-Karta r-Roża.
19:10: Romol li jaħdmu u li għandhom tfal taħt it-23 sena se jibdew jirċievu l-benefiċċju għall-mard.
19:10: Foster carers: L-Allowance jitla’ minn €70 għal €100 fil-ġimgħa.
19:09 Tfal li jitilfu lill-ġenituri tagħhom jitħallsu allowance sakemm jagħlqu s-16-il sena. Jekk sakemm ikollhom 21 sena ma jkunux jaħdmu se jingħataw Allowance Speċjali b’rata ogħla.
19:09  Adozzjoni ta’ tfal minn barra l-pajjiż: Għajnuna sa massimu ta’ €10,000 biex il-ġenituri jkopru l-ispejjeż, inkuż dawk legali. L-għotja tapplika għal dawk li diġà bdew il-proċess biex jaddottaw.
19:08 Kumpens miżjud għal dawk il-qraba li jieħdu ħsieb l-anzjani f’darhom. Il-Ministru jħabbar ħlas addizzjonali ta’ €8.15 fil-ġimgħa għal kull membru ieħor tal-famila jekk persuna miżżewġa titlef id-dritt għal xi għajnuna soċjali oħra jekk tkun intitolata għall-allowance miżjuda.
19:07 Ħaddiema fil-Community Worker Scheme: Żieda ta’ €200 fil-pagament ta’ kull xahar.
19:06 Tapering tal-benefiċċji: Persuni li jkunu ilhom sentejn (fi tliet snin ta’ qabel) jgħixu fuq il-benefiċċji soċjali, jekk isibu xogħol, ma jitilfux il-benefiċċji kollha f’daqqha.
19:05 Koppji fejn jaħdem biss wieħed mill-ġenituri: Ir-rata ta’ In-Work Benefit titla’ għal €450 kull wild.
19:04 Jiżdiedu l-multi fuq min jinqabad jevadi t-taxxa.
19:03 Prodotti bħal steel rods u bars taħt HS Code, se jkollhom rata ta’ sisa bħal dik fuq prodotti simili.
19:03 Negozji żgħar li ma jdaħħlux aktar minn €20,000, mhux se jiċċarġjaw VAT. Għal dawn l-aħħar 18-il sena l-ammont kien ta’ €14,000.
19:02 Xtrajt vettura ġdida fl-2017? Il-Gvern se jibgħat pagament lil dawn is-sidien.
19:01 Il-Gvern jalloka €10.5 miljun biex ikompli jindirizza “l-inġustizzji tal-passat.”
19:00 Pensjonanti tal-irtirar li għad ma għandhomx 65 sena u jaħdmu mhux full-time se jħallsu bolla pro-rata ta’ 15% mid-dħul nett tagħhom.
18:59 Se tibda ssir stima ġdida tal-pensjoni għal dawk l-anzjani li jibqgħu jaħdmu iżda jkollhom bolol neqsin u ma jkunux qed jieħdu l-pensjoni sħiħa. B’hekk se jkunu kkunsidrati wkoll il-bolol li tħallsu wara l-età tal-pensjoni.
18:58  Pensjoni tas-servizz: Il-Gvern se jżid €200 oħra fl-ammont ta’ Pensjoni tas-servizz li jitnaqqas mill-Pensjoni tas-Sigurtà Soċjali. Għotja ta’ €300: L-anzjani li għandhom iżjed minn 75 sena se jibqgħu jirċievu din l-għotja.
18:57 Żieda fil-pensjonijiet: kull pensjonant se jingħata żieda ta’ €2 fil-ġimgħa. Kull minn jaqla pensjoni ta’ €13,200 jew inqas mhux se jkun qed iħallas taxxa.
18:57 Ħaddiema li jaqilgħu inqas minn €60,000 se jgawdu min tnaqqis fit-taxxa fuq ix-xogħol.  Kull minn jaħdem full-time jew part-time se jirċievi ċekk ta’ darba bl-ammont ivarja minn €40 sa €68. Il-Ministru spjega li għall-ewwel darba l-Gvern se jdaħħal il-prinċipju li anke dawk il-ħaddiema li ma jħallsux taxxa, se jibbenefikaw.
18:56 Ħaddiem li jkun ilu sena fuq il-paga minima se jingħata:
·         €3 fil-ġimgħa tul it-tieni sena tiegħu
·         €3 oħra addizzjonali fit-tielet sena.
18:55 Il-Ministru spjega li mis-sena d-dieħla l-Gvern se jibda jimplimenta l-wiegħda elettorali li jagħtu lura lill-ħaddiema l-festi li jaħbtu fi tmiem il-ġimgħa. Għalhekk, mis-sena d-dieħla, se tiżdied ġurnata mal-leave tal-ħaddiema.
18:54 Żieda għall-għoli tal-ħajja: €1.75 fil-ġimgħa.
18:54 L-inflazzjoni mistennija tkun ta’ 1.5%.
18:53 L-esportazzjoni se tikber b’2.5% fl-2018.
18:52 Is-surplus fl-2018 mistenni jkun ta’ 0.5% filwaqt li l-piż tad-dejn mistenni jkompli nieżel għal 50.8% tal-GDP.
18:51 Tkabbir Ekonomiku: Il-Gvern qed ibassar tkabbir ekonomiku fl-2018 ta’ 5.6% f’termini reali u 7.6% f’termini nominali. It-tkabbir fl-investiment hu mbassar li jkun ta’ 7.8%.
18:51 Dejn Pubbliku: Malta għandha dejn li jlaħħaq 57.6% tal-GDP, li huwa ħafna aħjar mis-70% tal-GDP li kien fl-2012.
18:50 Fl-2016 in-numru ta’ turisti kien ta’ żewġ miljuni. Fl-ewwel tmien xhur tal-2017, it-turisti laħqu miljun u nofs, 17.3%. Is-surplus fil-fond konsolidat din is-sena diġà huma ta’ €31 miljun.
18:49 Is-surplus huwa dovut għal żieda ta’ 3.5% fl-esportazzjoni tal-prodotti u s-servizzi.
18:49 Is-surplus għal din is-sena diġa kiber għal rata rekord ta’ 16.6% tal-GDP
18:48 Fl-2017 komplew jiżdiedu l-impjiegi (9,512) u 90% tagħhom kienu mal-privat.
Ir-rata tal-għoli tal-ħajja fl-2016 kienet ta’ 1.0%.   
18:47 Il-qasam tax-xogħol żdied bi 3.3% u l-qgħad qiegħed f’rata baxxa rekord ta’ 4.7% fl-2016 u bħalissa jinsab f’rata rekord ta’ 4.1%
18:46 Il-konsum privat kiber b’4.4%; il-pagi u s-salarji żdiedu b’€246 miljun u €468 miljun fil-profitti tal-kumpaniji.
18:45 L-Ekonomija Maltija kibret b’5.5% f’termini reali fl-2016 u diġà kibret b’6.3% bejn Jannar u Ġunju 2017. Fl-Unjoni Ewropea t-tkabbir hi ta’ 2.2%
18:42: Hawn 9,000 persuna inqas fir-riskju tal-faqar. In-nies li ma jistgħux iħaħħqu mal-għoli tal-ħajja naqsu minn 17% fl-2012 għal 6.6% is-sena li għaddiet.
18:41 L-Aġenziji tal-Credit Ratings komplew tejbu r-rating ta’ Malta.
18:41 Hawn 3,000 ruħ inqas li qed jiddependu mill-assistenza soċjali u 3,500 nies inqas jieħdu l-benefiċċju tal-qgħad.
18:40 Jgħid li s-settur privat qed iħaddem 28,000 ruħ iktar mill-2012
18:39 Paragun bejn 2016 mal-2013, fi kliem il-Professur Scicluna hawn 5,000 ruħ inqas jirreġistraw għax-xogħol, 22,000 persuna iktar fid-dinja tax-xogħol, 11,000 minnhom huma nisa.
18:38 “Fl-2012, il-Gvern kellu defiċit ta’ €300 miljun iżda llum għandu surplus ta’ €100 miljun fl-2016” – Ministru
18:36 Jgħid li l-qagħda ekonomika tal-pajjiż illum tinsab ħafna aħjar mill-2012 qabel ma tela’ Gvern Laburista
18:34 Il-Ministru Edward Scicluna jibda d-diskors tiegħu billi jagħti ħarsa lejn l-qagħda ekonomika tal-pajjiż.
18:15 Il-Prim Ministru bil-messaġġ tal-Baġit
17:45: Il-Ministru tal-Finanzi jippreżenta kopja tal-Baġit lill-President ta' Malta (Ritratt: Ian Noel Pace)

17:36 Tweet tal-Prim Ministru Joseph Muscat 

17:00 Kollox jinsab lest għall-Baġit tal-lejla (Ritratti: Ian Noel Pace)

14:24  Il-President Marie-Louise Coleiro Preca tiffirma d-Dikjarazzjoni tal-Baġit (Ritratt: DOI – Omar Camilleri)


Tweet mill-Kelliem tal-Prim Ministru Kurt Farrugia

Newsbook.com.mt u RTK se jkun qed jaġġornak bid-dettalji tal-baġit, 'kif tifhmu int', anke waqt edizzjoni speċjali ta' Follow Up fuq RTK.

Ix-xandira diretta tibda fis-6.30pm.