Tibqa’ ma tingħata ebda data għat-tlestija tal-Parlament il-ġdid

Minkejja d-diskussjoni fil-Kumitat tax-Xogħol tal-Kamra dwar il-proġett tal-Parlament il-ġdid, il-Gvern ma ta ebda data għat-tlestija tal-proġett peress li l-kuntrattur s’issa ma żammx ma’ dati mogħtija minnu stess.
Skont il-preżentazzjoni li saret lill-Kumitat, il-proġett waqa’ lura minħabba għadd ta’ fatturi fosthom id-disinni uniċi u l-implimentazzjoni tax-xogħlijiet, in-nuqqas ta’ kordinazzjoni xierqa min-naħa tal-konsorzju li qed jagħmel ix-xogħol, nuqqas ta’ ħaddiema b’esperjenza fis-sit ta’ kostruzzjoni, waqa’ lura x-xiri ta’ materjal meħtieġ, u l-mentalità li proġetti pubbliċi jistgħu jaqgħu lura.
Fil-Kumitat tax-Xogħol tal-Kamra qed jidhru l-Ministru tal-Infrastruttura Joe Mizzi flimkien maċ-chairpersontal-Kumitat għar-Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir (GHRC) Stefan Zrinzo Azzopardi u uffiċjali oħra tal-GHRC.
Joe Mizzi nsista li meta sar hu Ministru, sab li l-proġett –li oriġinarjament kellu jitlesta fl-2012– kien qabeż iż-żmien u  l-baġit stabbilit.