Muka nstab liebes ġiżirana ta’ Pandolfino madwar għonqu – Spettur

Ritratt fl-isfond: Sarah Cassar Dymond

Read in English.

Propju llum bdiet il-kumpilazzjoni tax-xhieda fil-konfront ta’ wieħed mill-akkużati bil-qtil doppju f’Tas-Sliema. Fost ix-xhieda tal-lum, se jkun hemm l-Ispettur James Grech u surġent tal-Pulizija.

X’inhuma l-punti ewlenin?

  • Muka nstab liebes ġiżirana li allegatament kienet ta’ Pandolfino waqt ir-rejd
  • Pistola li kellha sitt balal neqsin ittieħdet minn fuq Muka waqt ir-rejd.
  • L-evidenza tindika li l-arma kienet mimlija meta l-irġiel allegatament daħlu fir-residenza ta’ Pandolfino u Maciejowski.
  • Sitt tiri kienu sparati dakinhar, ħamsa fid-direzzjoni ta’ Pandolfino u waħda fid-direzzjoni ta’ Maciejowski.
  • Basket tan-nisa kannella li kien fih sapun u business cards, ta’ Paula Pandolfino, instab fil-karozza.
14:28 Grazzi talli segwejtuna.
Nicole Borg
14:28 Muka kien eskortat mill-awla.
Nicole Borg
14:27 Il-Qorti tornda li l-atti jkunu rimessi lill-Avukat Ġenerali.
Nicole Borg
14:27 L-Ispettur Sheldon u l-esperti tal-Qorti mistennija jixhdu dakinhar.
Nicole Borg
14:26 Il-każ se jkompli jinstema fit-8 ta' Ottubru fil-11.30am.
Nicole Borg
14:25 Il-prosekuzzjoni staqsiet biex jingħata digriet ta' prima facie. Id-difiża ma oġġezzjonatx.
Nicole Borg
14:24 Il-Qorti tistaqsi jekk il-prosekuzzjoni għandhiex aktar evidenza għar-raġunijiet ta' prima facie.
Nicole Borg
14:24 Il-Qorti ħatret espert biex jagħmel traskrizzjoni ta' dak li qal l-akkużat lill-pulizija.
Nicole Borg
14:23 Il-Qorti issa se tapponta xi esperti.
Nicole Borg
14:23 L-Ispettur tal-Pulizija Grech informa lill-qorti li m'hemmx aktar xhieda għal-lum.
Nicole Borg
14:22 Qal li l-oġġetti kkonfiskati mill-karozza u mir-residenza kienu mgħoddija lil tal-forensika.
Nicole Borg
14:20 Ix-xhud jeżibixxi ritratti ta' karozza mikrija li nstabet fil-parkeġġ tal-Westin f'San Ġiljan.
Nicole Borg
14:18 Fil-karozza, li kienet mikrija minn Muka, il-pulizija sabu karozza fin-naħa tax-xufier li aktar tard qablet mal-karozza li nstabet f'Tal-Pietà.
Nicole Borg
14:18 Il-karozza nstabet f'parkeġġ f'San Ġiljan viċin il-lukanda Westin.
Nicole Borg
14:17 L-uffiċjali ikkonferma li l-istess pjanċi kienu ntużaw fuq karozza oħra. Qal li l-karozza kienet tal-kiri u rreġistrata f'isem Muka.
Nicole Borg
14:16 Is-Surġent tal-Pulizija qal li r-rejd sar fil-preżenza ta' Muka. Mid-dar fil-Furjana, il-pulizija kkonfiskaw xi affarijiet oħra fosthom ġiżirana safra, ċurkett, pendrive u ħwejjeġ.
Nicole Borg
14:14 Wieħed mis-suspettati daħal Dolce Sicilia u talab il-password tal-WiFi biex jikri taxi ta' Bolt. It-taxi kienet ibbukkjata taħt l-isem Jesper Kristiansen mill-Imsida għal Tas-Sliema.
Nicole Borg
14:13 Qal li kien hemm cable ties maqtugħin ma' fejn wieħed iqabbad il-pjanċi tal-karozza. Dawn instabu mal-art ħdejn il-karozza stess.

Basket tan-nisa kannella li kien fih sapun u business cards, ta' Paula Pandolfino, instab fil-karozza.
Nicole Borg
14:11 Is-surġent tal-pulizija qed jagħti lista tal-lokalitajiet minn fejn inġabru l-filmati tas-CCTV.
Nicole Borg
14:10 Is-surġent jgħid lill-Qorti li hu kien infurmat bl-isparar. Qal li hu kien infurmat bil-karozza li ntużat biex jaħarbu minn fuq il-post – li kellha żewġ marki li jiddistingwuha, inkluż saqaf panoramiku.
Nicole Borg
14:09 Surġent tal-pulizija mill-iskwadra dwar l-omiċidji jibda jixhed.
Nicole Borg
14:08 Qal li l-akkużat kien jaf li billi jattakka dik ir-residenza partikolari, kienu se jsibu oġġetti ta' valur. L-Ispettur qal li Muka waħħal fl-oħrajn li għażlu r-residenza. Qal li hu sempliċement mar magħhom.
Nicole Borg
14:07 Dr Giglio staqsa dwar il-mottiv, meta sar il-pjan u l-idea ta' min kienet. Grech qal li ż-żewġ suspettati qalu li l-idea ma kinitx tagħhom. Qal li hu m'għandux informazzjoni dwar kif intagħżlet id-dar.
Nicole Borg
14:05 Dr Giglio qed jistaqsi lix-xhud jekk intujżatx il-qanpiena tad-dar jew jekk il-bieb kienx sfurzat jinfetaħ. Grech qal li hu qed jissuspetta li meta tnejn mis-suspettati kienu ġewwa, it-tielet wieħed sab il-bieb magħluq.
Nicole Borg
14:05 Ninsabu lura fl-awla.
Nicole Borg
13:46 Kulħadd joħroġ jistenn barra mill-awla.
Nicole Borg
13:44 "F'dan l-istadju tal-evidenza, id-difiża qed titlob li l-evidenza kollha tingħata lill-Qorti dwar l-istatement tal-akkużat issir wara bibien magħluqa. Wara li semgħet il-prosekuzzjoni u l-parte civile li ma kellha l-ebda oġġezzjoni għal dan, il-Qorti tordna sabiex kulħadd joħroġ mill-awla ħlief għall-partijiet, l-istaff u żewġ pulizija," qalet il-Maġistrat Lia.
Nicole Borg
13:40 Il-Prosekuzzjoni, il-parte civile u d-difiża bħalissa qed jiddiskutu l-pass li jmiss mal-Maġistrat.
Nicole Borg
13:39 Il-Maġistrat Lia staqsiet lill-prosekuzzjoni. L-Ispettur James Grech qal li mhux problema u li jekk għas-sigurtà tal-avukat mela hija xi ħaġa differenti.

Il-Maġistrat Lia talbet raġuni, u Dr Bianco talab biex jgħidilha aktar mill-viċin.
Nicole Borg
13:39 "Għas-sigurtà tiegħu u tal-klijent tiegħi," qal Dr Bianco.
Nicole Borg
13:38 Dr Noel Bianco jagħmel talba biex l-Ispettur James Grech jiched wara bibien magħluqa fuq id-dikjarazzjoni li għamel l-akkużat, hu qal li dan minħabba tħassib dwar sigurtà.
Nicole Borg
13:36 Qal li Muka nstab liebes waħda mill-ġiżirajjen ta' Pandolfino. Kliem li ħalla xokk viżibli fuq l-uċuħ tal-qraba tal-vittma.

Il-Pulizija kkonfiskaw żewġ laptops u erba' mobiles minn fuq Muka.
Nicole Borg
13:36 Qal li l-ħwejjeġ allegatament użati minn Muka nstabu l-Furjana.
Nicole Borg
13:35 Qal li l-evidenza tindika li l-arma kienet mimlija meta l-irġiel allegatament daħlu fir-residenza ta' Pandolfino u Maciejowski.
Nicole Borg
13:34 Qal li r-rejd sar meta l-Pulizija kkonfermat li kien hemm xi ħadd li kien qed joqgħod fir-residenza. Pistola li kellha sitt balal neqsin ittieħdet minn fuq Muka.
Nicole Borg
13:32 L-Ispettur tal-Pulizija beda jiddeskrivi r-rejd. Qal li Muka ma kienx qed joqgħod fir-residenza mniżżla fuq il-bail book. Il-Pulizija kienet infurmata li kien hemm bieb aħdar fil-Furjana li kellu katnazz. Kienu qalulhom li raġel twil kien deher jikser il-kantanzz u jidħol fil-binja. Hu ma kienx deher joħroġ minn hemm.
Nicole Borg
13:31 Muka baqa' jiffirma sal-21 ta' Awwissu. Hu waqaf imur jiffirma meta l-pulizija sabu l-karozza.

Ix-xhud qal li l-pulizija diġà kellha rekord tad-DNA u s-sinjali tas-swaba tiegħu. Dawn instabu fuq l-evidenza li nstabet fil-karozza u qablu.
Nicole Borg
13:29 L-Ispettur li jaf lil Muka minħabba każi preċedenti tiegħu, kellu n-numru tal-mobile tiegħu u talab lill-fornituri tas-servizz telefoniku biex jipprovdu lill-pulizija bit-telefonati li saru min-numru.

Mill-informazzjoni qal li jidher li l-mobile kien mitfi waqt il-ħin tad-delitt. Il-mobile inxtegħel fl-10.22pm u qabad mal-antenna ta' Portomaso fit-18 ta' Awwissu.

Qal li l-frekwenza tal-mobile inqabdet ukoll minn antennas fil-Gżira.
Nicole Borg
13:28 Muka, li hu mifhum li kien ir-raġel it-twil fil-filmat deher liebes ilbies iswed.
Nicole Borg
13:27 Qal li l-filmati tas-CCTV minn ħwienet, xarabankijiet u postijiet oħrajn kienu kruċjali biex l-irġiel jinstabu.
Nicole Borg
13:27 L-Ispettur għaraf lir-raġel it-twil bħala Daniel Muka. L-akkużat kien mar jiffirma l-bail book fl-għassa tal-Pulizija tal-Belt liebes appoġġ għal minkbejh.
Nicole Borg
13:26 L-Ispettur tal-Pulizija Grech ippreżenta ritratti mill-filmati.
Nicole Borg
13:24 Qal li t-tliet irġiel inqabdu jimxu fi Triq l-Ursolini minn kameras tas-CCTV. Qal li hemm filmati tat-tliet irġiel mexjin lejn il-Furjana. Raġel twil jidher jixrob l-ilma u kien liebes appoġġ għall-minkeb.
Nicole Borg
13:23 Spjega li fil-karozza l-pulizija sabu handbag u parrokka, replika ta' arma tan-nar tat-tip AK47, replika ta' arma tan-nar Thompson u l-pjanċi tal-karozza li ntużaw fid-delitt.
Nicole Borg
13:22 Il-karozza nstabet f'parkeġġ viċin tal-Isptar San Luqa fejn fuqha kellha pjanċi differenti minn dawk li dehru fil-filmati, qal l-uffiċjal.
Nicole Borg
13:20 Wara t-tiri, it-tliet irġiel saqu l-karozza minn Triq Tigne, lejn Triq it-Torri u ħarġu mill-Kappara. Qal li l-filmati tas-CCTV rnexxielhom jaqbdu l-karozza tinstaq minn Santa Venera qabel ma marret il-Furjana. Huma kienu l-Furjana f'temp ta' 10 minuti wara l-isparaturi.
Nicole Borg
13:18 L-Ispettur tal-Pulizija James Grech ippreżenta rapport ta' serq ta' pjanċi tal-karozza u karozza misruqa. L-uffiċjal qal li jista' jkun li s-suspettati għamlu użu ta' karozza oħra misruqa, bil-pjanċi misruqa għax dawn dehru fuq filmati tas-CCTV fl-14 ta' Awwissu tal-2020.
Nicole Borg
13:17 Qal li l-pjanċi nsterqu fit-3 ta' Awwissu tal-2020.
Nicole Borg
13:17 Qal li raġel twil u ieħor qasir dehru jidħlu fid-dar. Ir-raġel "imbaċċaċ" u qasir, li kien liebes qalziet bl-istrixxi u maskra fuq wiċċu, deher jidħol fil-karozza u jerġa' jirritorna fid-dar mat-tielet persuna.

Qal li huma ħarġu fi żmien erba' minuti li waslu.
Nicole Borg
13:15 Qal li Dr Martin Bajada li kien maħtur bħala espert fl-inkjesta qal lill-ispettur li Pandolfino deher jasal lura d-dar fl-10.10pm fit-18 ta' Awwissu. Fl-10.13pm tidher ipparkjata l-karozza użata mit-tliet suspettati ftit metri 'l bogħod mid-dar.
Nicole Borg
13:15 Kienu appuntati espert tal-armi tan-nar u espert sabiex jinħarġu l-filmati tas-CCTV.
Nicole Borg
13:13 Qal li kien hemm ħames tiri sparati fid-direzzjoni ta' Pandolfino. Semma li wisq probabli Maciejowski kien nieżel it-taraġ wara li sema' l-isparaturi. Hu nqatel permezz ta' tir wieħed f'moħħu li kien sparat minn isfel għall-ewwel sular.
Nicole Borg
13:13 Grech qal li l-vittmi kienu magħrufa li jilbsu ġiżirajjen tad-deheb. Qal li t-taqlib fuq il-post kien minimu. Huma sfurzaw il-bieb biex infetaħ.
Nicole Borg
13:12 Pandolfino nstab fid-daħla tad-dar fil-ħwejjeġ ta' taħt.
Nicole Borg
13:12 Żewġ persuni biss kienu preżenti waqt li sar l-isparar. It-tielet persuna kien fil-karozza u mar fid-dar malli sema t-tiri.
Nicole Borg
13:10 Qal li nstemgħu sparaturi minn ġewwa r-residenza qabel ma ħarbu. It-tliet suspettati dehru jaħarbu minn fuq il-post iġorru borża kannella.
Nicole Borg
13:09 Ix-xhud jgħid li hu kien infurmat bl-isparaturi fi Triq Locker, f'Tas-Sliema, fit-18 ta' Awwissu fl-10.30pm. Qal li tliet irġiel kienu daħlu fir-residenza bejn l-10.19pm u l-10.23pm. Huma ħarbu permezz ta' karozza Volkswagen bajda.
Nicole Borg
13:09 Jibda jixhed l-Ispettur James Grech.
Nicole Borg
13:08 Il-Maġistrat Nadine Lia tidħol fl-awla. TIbda s-sessjoni tal-lum.
Nicole Borg
13:07 L-akkużat, Daniel Muka, jiddaħħal fl-awla liebes boiler suit oranġjo.
Nicole Borg
13:07 Dr Joe Giglio uDr Roberta Bonello jidħlu lura fl-awla.
Nicole Borg
13:06 Il-kumpilazzjoni tax-xhieda se tibda issa.
Nicole Borg
13:00 Għadna qed nistennew, siegħa u nofs wara l-ħin skedat li fih kellha tinstema' l-kawża.
Nicole Borg
12:16 Il-qraba ta' Chris Pandolfino jibdew jaslu fl-awla.
Nicole Borg
12:10 Għadna qed nistennew li jibda s-smigħ tal-lum.
Nicole Borg
11:52 L-awla hija mimlija b'diversi persuni bilwieqfa mal-ġenb. Il-ġurnalist diġà jinsabu f'posthom.
Nicole Borg
11:51 It-tieni suspettat se jkun fil-qorti nhar l-Erbgħa 9 ta' Settembru fis-1pm biex jinstema' l-każ tiegħu. It-tielet suspettat qed jaffaċċja proċeduri ta' estradizzjoni fi Spanja.
Nicole Borg
11:32 Il-Maġistrat Nadine Lia qed tippresedi l-każ. Il-Qorti bħalissa qed tisma' xi każijiet oħra.
Nicole Borg
11:30 Illum se nkunu qed inxandru x-xhieda li se tkun qed tinstema f'awla disa' fil-każ tal-qtil doppju f'Tas-Sliema. Il-kumpilazzjoni tax-xhieda tal-lum hija fil-konfront ta' Daniel Muka li qed jingħad li kien "il-moħħ" wara l-qtil ta' Chris Pandolfino u Ivor Maciejowski.
Nicole Borg
11:27 Bonġu u merħba għal dan il-blogg live mill-Qorti.
Nicole Borg

Il-kumpilazzjoni tax-xhieda kellha tibda lura fil-31 ta’ Awwissu, il-partijiet dakinhar kienu qablu li l-kumpilazzjoni titmexxa għal-lum. Il-kumpilazzjoni tax-xhieda qed issir fil-konfront ta’ Daniel Muka, Albaniż ta’ 25 sena li jinsab akkużat bil-qtil doppju f’Tas-Sliema fit-18 ta’ Awwissu li għadda.

Christian Pandolfino u s-sieħeb tiegħu Ivor Maciejowski nqatlu fid-dar tagħhom fi Triq Locker. Muka ġie arrestat nhar it-Tlieta 25 ta’ Awwissu waqt rejd fil-Furjana.

Il-kumpilazzjoni tax-xhieda se tkun qed tinstema’ quddim il-Maġistrat Nadine Lia.

Muka jinsab mixli wkoll li seraq €2,329 f’deheb u oġġetti oħra, li kellu armi u munizzjon mingħajr liċenzja, li uża vettura misruqa, u s-serq ta’ żewġ pjanċi tal-karozzi.

Minkejja li wieġeb mhux ħati, Muka ma ngħatax il-ħelsien mill-arrest.

Il-Pulizija identifikawh mill-filmati tal-kameras tas-sigurtà. L-akkużat kien diġà mixli b’serqa u b’attentat ta’ qtil ta’ uffiċjali tal-Pulizija waqt serqa f’ħanut tad-deheb f’Tas-Sliema.