Filmat: Eluf fil-Belt isejħu għar-riżenja tal-PM

Aġġornat 06:37 PM

Read in English.

Eluf ta’ Maltin u Għawdxin inġabru f’dimostrazzjoni nazzjonali organizzata mis-soċjetà ċivili fil-Belt Valletta.

Dalgħodu, eżatt kif ntemmet il-laqgħa urġenti tal-Grupp Parlamentari Laburista fil-Girgenti, Newsbook.com.mt ħabbar li l-Prim Ministru Joseph Muscat mistenni jirriżenja fl-ewwel ġimgħa ta’ Jannar li ġej.

Newsbook.com.mt xandar filmati LIVE mill-protesta. Il-protesta hija organizzata minn Repubblika, Occupy Justice u manueldelia.com.

Tibda l-protesta fil-Belt: http://bit.ly/ProtestaBelt

Posted by Newsbook.com.mt on Sunday, December 1, 2019

18:00 Tħabbret protesta oħra għal għada fis-6pm biex il-folla titlob għal tmexxija ġusta.

Filmati mill-ajru tal-folla preżenti fil-Belt Valletta:

17:50 Tiġi fi tmiemha din id-dimostrazzjoni nazzjonali bid-daqq tal-Innu Malti:

17:35 Mark Anthony Sammut qal li bla mistħija, Joseph Muscat għadu fil-poter minkejja li ssemma fl-ewwel interrogazzjoni li kellu Yorgen Fenech mal-Pulizija. Huwa qal li kemm id-deputat Mexxej tal-PL Chris Cardona u l-Ispeaker tal-Parlament Anġlu Farrugia stess qalu li ma jħossuhomx siguri taħt il-Gvern tal-PM Joseph Muscat.

“M’għandnix nirrikonoxxuk bħala l-Prim Ministru tagħna…inti Joseph Muscat il-protettur tal-kriminali…You are not my Prime Minister.”

Saħaq li kull jum li jgħaddi qabel ma jirriżenja Joseph Muscat, id-diżubbidjenza pubblika se tiżdied. Sammut appella lill-Kummissjoni Ewropea u lill-Partit Soċjalista Ewropew biex ma jħallux lil Joseph Muscat jużahom għal kredibiltà tiegħu.

17:20 Alessandra Dee Crespo indirizzat lil dawk f’Kastilja bil-kelma “Assassini”. Staqsiet lill-Prim Ministru Joseph Muscat għalfejn huwa ggranfat mas-siġġu tal-poter. Qalet li minjaf kemm jafu affarijiet dwar l-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia.

17:10 Rachel Williams tindirizza l-folla. Tirringrazzja lil Daphne Caruana Galizia li kixfet il-korruzzjoni. Qalet li l-akbar telfa ġarrbitha l-familja tagħha li tilfitha nhar is-16 ta’ Ottubru 2017. Appellat lill-Maltin u l-Għawdxin ta’ rieda tajba biex jaħdmu flimkien. Temment bil-vers ta’ Rużar Briffa, “Jien Maltija, miskin min ikasbarni, miskin minn jidħaq bija”.
Hija rringrazzjat lill-għadd ta’ ġurnalisti fosthom dawk ta’ Newsbook.com.mt u lil għadd ta’ persuni oħra li qed jaħdmu biex issir ġustizzja f’Malta.

17:00 Eve Borg Bonello, studenta ta’ 16-il sena indirizzat lill-folla bl-għajta “Joseph Muscat Ħalliel”. Hija qalet li Joseph Muscat huwa ħalliel għax seraq il-futur taż-żgħażagħ Maltin. B’leħen għoli hija appellat lill-Prim Ministru jirriżenja għaliex skonta,

“Wegħdtuna ambjent, u ksejtuh konkos.
Wegħdtuna pajjiż sod, u farraktu l-istituzzjonijiet tagħna. 
Wegħdtuna li intom patrijotti, u biehhejtul-identità tagħna.
Wegħdtuna l-aqwa żmien, u waqqgħajtuna fl-agħar kriżi kostituzzjonali fl-istorja ta’ pajjiżna.
Wegħdtuna li Malta/ Tagħna/ Lkoll, u saħansitra għentu fil-qtil taċ-ċittadini tagħkom stess.”

16:45 Ranier Fsadni jitkellem favur il-Kostituzzjoni. Jgħid li Malta għandu jkollha Prim Ministru li jirrispetta l-Kostituzzjoni. Jinsisti li dawk preżenti m’għandhomx fiduċja fil-PM Joseph Muscat. Huwa indirizza lill-Prim Ministru u staqsieh kif jista’ jkollu fiduċja fih jekk aħbar wara l-oħra tikxef il-korruzzjoni mill-Ministri tiegħu. Appella biex ikun hemm l-għaqda għaliex fejn hemm l-għaqda jkun hemm mixja fit-tul.

16:40 Jibda jitkellem il-blogger Manuel Delia bl-għajta “Joseph Muscat itlaq issa!” Huwa rringrazzja lill-għadd ta’ ġuernalisti minn madwar id-dinja li qed isegwu din id-dimostrazzjoni. Huwa qalilhom li Joseph Muscat mhux Malta iżda Malta hija dawk in-nies preżenti li huma kontra l-korruzzjoni.

16:35 Aktar ritratti mill-folla li nġabret tul Triq ir-Repubblika:

16:30 Il-folla tasal quddiem il-palk imħejji mill-organizzaturi bil-mużika ta’ Marco Masini, Vaffanculo.

16:00 Il-folla tibda miexja minn quddiem il-Parlament lejn il-bini tal-Qorti fejn se jkun hemm id-diskorsi.

15:40 L-istudenti jinġabru fejn it-Tritoni

15:35 Għadd ta’ persuni jibdew jinġabru quddiem il-Parlament.

Filmati LIVE: Christoph Schwaiger