Follow Up: Taqbel mar-riforma tal-Kunsilli Lokali?

Follow Up tal-Ġimgħa 14 ta’ Ġunju bi preżentazzjoni ta’ David Vassallo u Desmond Zammit Marmarà, se jiddiskuti: Taqbel mar-riforma tal-Kunsilli Lokali? Għaliex għad hemm ċerta apatija fost il-poplu dwar il-Kunsilli Lokali? Tħossok moqdi tajjeb mill-Kunsill Lokali tiegħek? Taħseb li l-parteċipazzjoni tal-partiti politiċi fil-Kunsilli Lokali tgħin jew iktar ittellef?

Mistiednin: Dr Oliver de Gaetano, Kunsillier u Minority Leader Laburista, Ħal Balzan u Graziella Galea, Kunsillier u Minority Leader Nazzjonalista, San Pawl il-Baħar.

Follow Up jixxandar mit-Tnejn sal-Ġimgħa fuq RTK 103FM u Newsbook.com.mt fil-5pm.