Filmat: Jaqbad maħżen tal-ħwejjeġ f’Raħal Ġdid

Fire sight

Maħżen tal-Marks & Spencer li jinsab faċċata tal-Addolorata f'Raħal Ġdid ħa n-nar għall-ħabta tal-4am.
Mal-40 ħaddiem tat-tifi tan-nar issejħu fuq il-post sabiex jitfu n-nirien.
Bħalissa jidher li n-nar intefa’ madanakollu għad hemm ħafna dħaħen ħerġin mit-twieqi tal-binja.
Sorsi qalu ma’ Newsbook.com.mt li parti mill-binja qed taqa’ u għaldaqstant il-ħaddiema tat-tifi tan-nar mhux se jidħlu f’dik il-parti tal-binja minħabba periklu.
Fuq il-post hemm uffiċjali għolja tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili, inkluż id-Direttur Emmanuel Psaila.
Hemm ukoll preżenti l-Pulizija u ambulanza.
Jidher li ħadd ma weġġa' kawża ta' dawn in-nirien.
Ritratt u filmat live: Ian Noel Pace