Filmat: Talb lejlet il-Konsagrazzjoni Episkopali ta’ Dun Anton Teuma

Velja ta' Talb bi tħejjija għall-Konsagrazzjoni Episkopali ta' Dun Anton Teuma - 20/08/2020

Velja ta' Talb bi tħejjija għall-Konsagrazzjoni Episkopali ta' Dun Anton Teuma, immexxija mill-Isqof Mons. Mario Grech, fl-Istitut tal-Familja Papa Ġwanni Pawlu II, il-Belt Victoria - 20/08/2020Filming: CVC Media

Posted by Diocese of Gozo on Thursday, August 20, 2020

Read in English.

Illejla saret ċelebrazzjoni ta’ talb bil-magħluq bi tħejjija għall-Konsagrazzjoni Episkopali ta’ Dun Anton Teuma, li se ssir għada.

Iċ-ċelebrazzjoni ta’ talb saret fl-Istitut tal-Familja Papa Ġwanni Pawlu II.

Mons. Teuma se jiġi kkonsagrat id-disa’ Isqof ta’ Għawdex għada fil-5.30pm waqt ċerimonja fil-Knisja ta’ San Ġwann Battista fix-Xewkija. Iċ-ċelebrazzjoni kellha ssir fit-13 ta’ Settembru, iżda tmexxiet ‘il quddiem minħabba s-sitwazzjoni tal-pandemija tal-coronavirus.

Dalgħodu fuq 103 u Newsbook.com.mt
Filmat: “Sejħuli Dun Anton”

Dalgħodu, Dun Teuma ġie intervistat fuq Newsbook.com.mt.