Filmat: Tal-Liġi u tal-Arkitettura ‘jiġġieldu’

"Ġlieda” fl-Universitàhttps://newsbook.com.mt/live-tal-ligi-u-tal-arkitettura-jiggieldu/

Posted by Newsbook.com.mt on Friday, October 4, 2019

L-istudenti tal-Liġi u tal-Arkitettura organizzaw ġlieda bl-ilma fl-Università ta’ Malta stess.

Miżbugħin bl-iswed u l-blu, l-istudenti kienu armati sa snienhom bil-bżieżaq bl-ilma, bil-bnadar u bis-sireni li taw aktar ħajja lil-bini tal-Università. 

Din il-ġlieda bl-ilma tniżżlet fil-kalendarju ta’ dawn l-istudenti.

Waħda mir-regoli ta’ din il-ġlieda hi li l-istudenti jridu jaħtfu lill-president tal-organizzazzjoni l-oħra u jieħduh fuq in-naħa tagħhom.

Infurmati li din is-sena l-ebda organizzazzjoni ma rebħet għaliex l-ebda President ma nħataf. Fi stqarrija, is-SACES, li hija l-għaqda li tirrappreżenta lill-istudenti tal-arkitettura qalet li l-President tal-ELsa, l-għaqda tal-avukati, ċediet ir-rebħa lis-SACES billi ħadet b’idejn il-President tas-SACES Adam Micallef.